This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2010P0018
Action brought on 22 December 2010 by the EFTA Surveillance Authority against Norway (Case E-18/10)
Azzjoni mressqa fit- 22 ta' Diċembru 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra n-Norveġja (Każ E-18/10)
Azzjoni mressqa fit- 22 ta' Diċembru 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra n-Norveġja (Każ E-18/10)
ĠU C 58, 24.2.2011, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/11 |
Azzjoni mressqa fit-22 ta' Diċembru 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra n-Norveġja
(Każ E-18/10)
2011/C 58/05
Fit-22 ta' Diċembru 2010 ttieħdet azzjoni fil-Qorti tal-EFTA kontra n-Norveġja mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Ólafur Jóhannes Einarsson, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, 35, rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:
(1) |
Peress li naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Każ E-2/07 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja. |
(2) |
Ir-Renju tan-Norveġja għandu jħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tan-Norveġja milli tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-30 ta’ Ottubru 2007 fil-każ E-2/07 sakemm din ma adottatx miżuri xierqa minn dakinhar li ngħatat is-sentenza sabiex tiżgura l-ħlas ġust tal-pensjonijiet ikkalkolati għal dawk kollha li sofrew bħala riżultat tal-ksur min-naħa tan-Norveġja kif iddikjarat fis-sentenza. |
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-awtoritajiet tan-Norveġja qatt ma ċaħdu jew qajmu dubju dwar l-obbligu li jkun provdut rimedju għal dawk li ġew miċħuda mid-drittijiet tagħhom b’mod illegali mill-1 ta’ Jannar 1994 ’l quddiem kif instab mill-Qorti tal-EFTA. |
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li n-Norveġja damet wisq biex tikkonforma mas-sentenza tat-30 ta’ Ottubru 2007. Filwaqt li r-rimedju ta’ xi wħud mill-każijiet jew anki ta’ ħafna minnhom jista’ jkun ikkumplikat u jeħtieġ eżaminazzjoni bir-reqqa, huwa ċar li l-awtoritajiet tan-Norveġja ma ħadux il-passi meħtieġa u ma allokawx ir-riżorsi xierqa biex jiżguraw li tinkiseb konformità mas-sentenza fl-iqsar żmien possibbli. |