Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010P0008

    Azzjoni mressqa fis- 26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Każ E-8/10)

    ĠU C 271, 7.10.2010, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/25


    Azzjoni mressqa fis-26 ta' Lulju 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

    (Każ E-8/10)

    2010/C 271/05

    Fis-26 ta' Lulju 2010 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Markus Schneider, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, rue Belliard/Belliardstraat 35, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

    (1)

    Billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji kollha biex timplimenta bis-sħiħ fil-leġislazzjoni nazzjonali l-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, jew milli tavża lill-Awtorità dwar dawn il-miżuri, ir-Repubblika tal-Islanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 643(1) tad-Direttiva u skont l-Artikolu 7 taż-ŻEE;

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Islanda għandha tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

    Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

    L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma mal-opinjoni raġunata maħruġa mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar in-nuqqas li tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta bis-sħiħ l-Att taż-ŻEE li jikkorrispondi għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali kif emendata, jew li tinnotifika lill-Awtorità dwarhom,

    Il-miżuri Islandiżi li għad iridu jiġu implimentati jirrigwardaw l-adozzjoni ta' regolamenti nazzjonali li jipprovdu għal regoli speċifiċi għas-settur dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba fi Stati oħra taż-ŻEE,

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ssostni li ma rċevietx informazzjoni mill-Islanda li tindika li l-Att ġie implimentat bis-sħiħ fil-liġi nazzjonali, u lanqas mhi fil-pussess ta' xi informazzjoni oħra li permezz tagħha tkun tista' tikkonkludi dan,

    Il-Gvern Islandiż ma kkontestax id-dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa tal-Att.


    Top