EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010P0007

Azzjoni meħuda fid- 9 ta' Lulju 2010 minn Swisscom RE Aktiengesellschaft kontra l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (Każ E-7/10)

ĠU C 256, 23.9.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/9


Azzjoni meħuda fid-9 ta' Lulju 2010 minn Swisscom RE Aktiengesellschaft kontra l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

(Każ E-7/10)

2010/C 256/09

Fid-9 ta’ Lulju 2010, azzjoni kontra l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti tal-EFTA minn Swisscom RE Aktiengesellschaft, rappreżentata mit-Tabib Michael Sánchez Rydelski, Rechtsanwalt f’isem Swisscom RE Aktiengesellschaft, Kirchstrasse 12, 9490 Vaduz, LIECHTENSTEIN.

Swisscom RE Aktiengesellschaft titlob il-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

tannulla d-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-24 ta' Marzu 2010, li ttieħdet mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tat-tassazzjoni ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni “captive” skont l-Att ta' Liechtenstein dwar it-Taxxa.

(2)

bħala alternattiva, tiddikjara li tħassru l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Nru 97/10/COL li ttieħdet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-24 ta’ Marzu 2010, sa tali punt li tordna l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni;

u

(3)

tordna lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-Applikant, Swisscom RE Aktiengesellschaft, li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Swisscom AG, wettqet operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni mill-ġdid “captive” fil-Liechtenstein f’isem il-Grupp Swisscom minn mindu ġiet stabbilita fl-1997,

L-Applikant isostni li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA applikat b’mod inkorrett l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-miżuri tat-taxxa tal-Liechtenstein ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat minħabba li “captives” ma jikkwalifikawx bħala impriżi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, il-miżura tat-taxxa tal-Liechtenstein ma tistax titqies li tagħmel parti mill-miżuri ta' għażla skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE,

Barra minn hekk, l-Applikant isostni:

li, jekk il-Qorti tikkonkludi li l-miżuri tat-taxxa tal-Liechtenstein għandhom jinvolvu għajnuna mill-Istat, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kienet qiegħda tiżbalja meta ordnat l-irkupru tal-għajnuna li allegatament ingħatat fis-6 ta’ Novembru 2001, u

li l-Awtorità ta' Sorveljanaza tal-EFTA, fl-evalwazzjoni tagħha, ma pprovditx raġunijiet adegwati dwar punti essenzjali, kif meħtieġ mill-Artikolu 16 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.


Top