EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010P0004

Azzjoni meħuda fil- 21 ta' Mejju 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (Kawża E-4/10)

ĠU C 191, 15.7.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/11


Azzjoni meħuda fil-21 ta' Mejju 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

(Kawża E-4/10)

2010/C 191/09

Saret azzjoni kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA quddiem il-Qorti tal-EFTA fil-21 ta' Mejju 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein, rappreżentat minn Dr Andrea Entner-Koch, li qed jaġixxi bħala Aġent għall-Prinċipat tal-Liechtenstein, EEA Coordination Unit, Austrasse 79/Europark, FL-9490 Vaduz.

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein jitlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

(1)

Tannulla d-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal- 24 ta' Marzu 2010 dwar it-tassazzjoni ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni captive taħt l-Att tat-Taxxa ta' Liechtenstein;

(2)

Alternattivament, tiddikjara li l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-24 ta' Marzu 2010 huma nulli, sa fejn hemm ordni sabiex tiġi rkuprata għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni;

kif ukoll

(3)

Tordna lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

id-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal- 24 ta' Marzu 2010 ddikjarat li r-regoli tat-taxxa applikabbli għal (ri)assiguraturi captive fil-Liechtenstein, taħt l-Artikoli 82(a) u 88(d)(3) tal-Att tat-Taxxa ta' Liechtenstein, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, peress li ntaxxaw lil (ri)assiguraturi b'mod iktar favorevoli mill-“kumpaniji tal-assigurazzjoni normali”. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA barra dan iddeċidiet li l-allegata għajnuna kkostitwiet għajnuna mhux legali li hija soġġetta għall-irkupru mingħand il-kumpaniji ta' (ri)assigurazzjoni mis-6 ta' Novembru 2001.

Ir-rikorrent jikkontendi li id-dispożizzjonijiet tat-taxxa inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Ir-rikorrent isostni li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA:

żbaljat meta applikat l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għat-tassazzjoni tal-captives taħt l-Att tat-Taxxa ta' Liechtenstein, u meta ordnat ir-rimborż tal-allegata għajnuna mhux legali mingħand il-kumpaniji ta' (ri)assigurazzjoni mis-6 ta' Novembru 2001;

applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE fil-konfront tal-captives, minħabba n-natura speċjali u tal-ambitu ristrett tal-attivitajiet tagħhom;

ma pprovdietx raġunament adegwat fid-Deċiżjoni kontestata tagħha, kif rikjest mill-Artikolu 16 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u l-Qorti.


Top