Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2009J0005

    Sentenza tal-Qorti tal- 1 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawża E-5/09 L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Repubblika tal-Islanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti milli tissodisfa l-obbligi tagħha – Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE)

    ĠU C 256, 23.9.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/7


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-1 ta’ Diċembru 2009

    fil-Kawża E-5/09

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Repubblika tal-Islanda

    (Nuqqas minn Parti Kontraenti milli tissodisfa l-obbligi tagħha – Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE)

    2010/C 256/07

    Fil-Kawża E-5/09, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Repubblika tal-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset milli tadotta, jew li tinnotifika lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att imsemmi, fost affarijiet oħra, fil-punt 7b tal-Anness IX għall-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, kif adottata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien stipulat, ir-Repubblika tal-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 64(1) ta' dak l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull (Imħallef Relatur), Imħallfin, taw is-sentenza fl-1 ta' Diċembru 2009, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

    Il-Qorti b’dan:

    (1)

    Tiddikjara li, billi naqset li tadotta, fiż-żmien stipulat, il-miżuri meħtieġa biex timplimenta d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, kif adottata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, ir-Repubblika tal-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    Tordna lir-Repubblika tal-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


    Top