This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2009C0326(01)
Invitation to submit comments pursuant to Article 1(2) in Part I of Protocol 3 to the Agreement between the EFTA States on the establishment of a Surveillance Authority and a Court of Justice on State aid with regard to taxation of captive insurance companies in Liechtenstein
Sejħa biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna mill-Istat rigward it-tassazzjoni ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni captive (kumpaniji tal-assigurazzjoni li jkopru r-riskju tal-kumpanija jew grupp ta' kumpaniji li jikkontrollahom) fil-Liechtenstein
Sejħa biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna mill-Istat rigward it-tassazzjoni ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni captive (kumpaniji tal-assigurazzjoni li jkopru r-riskju tal-kumpanija jew grupp ta' kumpaniji li jikkontrollahom) fil-Liechtenstein
ĠU C 72, 26.3.2009, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/50 |
Sejħa biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna mill-Istat rigward it-tassazzjoni ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni captive (kumpaniji tal-assigurazzjoni li jkopru r-riskju tal-kumpanija jew grupp ta' kumpaniji li jikkontrollahom) fil-Liechtenstein
(2009/C 72/05)
Permezz tad-Deċiżjoni Nru 620/08/COL tal-24 ta' Settembru 2008, riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni ta' wara dan is-sommarju, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (minn issa 'l quddiem Protokoll 3). L-awtoritajiet tal-Liechtenstein ġew infurmati permezz ta' kopja tad-deċiżjoni.
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA b'dan tavża lill-Istati tal-EFTA, lill-Istati Membri tal-UE u lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta' din in-notifika lil:
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA |
Ir-Reġistru |
35, rue Belliard |
1040 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Il-kummenti se jkunu kkomunikati lill-awtoritajiet tal-Liechtenstein. Il-parti interessata li tissottometti l-kummenti tista' titlob bil-miktub biex l-identità tagħha tinżamm kunfidenzjali, u tagħti r-raġunijiet għat-talba.
SOMMARJU
Il-każ inbeda mill-Awtorità li talbet informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Liechtenstein fl-14 ta' Marzu 2007.
Bis-saħħa tal-Att tat-18 ta' Diċembru 1997 rigward l-emenda tal-Att dwar it-Taxxa (1), l-awtoritajiet tal-Liechtenstein introduċew regoli speċjali tat-taxxa applikabbli għal kumpaniji tal-assigurazzjoni captive.
Skont l-Artikolu 82(a) paragrafu 1 tal-Att dwar it-Taxxa, kumpaniji tal-assigurazzjoni captive iħallsu taxxa kapitali ta' 1‰ fuq il-kapital tal-kumpanija stess. Għal kapital 'il fuq minn 50 miljun, ir-rata tat-taxxa tonqos għal 0,75 ‰ u għal kapital li jeċċedi l-100 miljun, għal 0,5 ‰. Ir-rata normali tat-taxxa kapitali hija ta' 2 ‰.
L-Artikoli 82a moqri flimkien mal-Artikolu 73 tal-Att, jimplika li kumpaniji tal-assigurazzjoni captive ma jħallsu ebda taxxa fuq id-dħul.
Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 88(d)(3) tal-Att dwar it-Taxxa, ishma jew partijiet mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni captive huma eżentati milli jħallsu t-taxxa ċedulari, li normalment titħallas bir-rata ta' 4 %.
Skont l-opinjoni preliminari tal-Awtorità, kumpaniji tal-assigurazzjoni captive huma intrapriżi skont it-tifsira fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Dawn jipprovdu servizzi lil kumpanija waħda jew grupp speċifikament definit ta' kumpaniji. Il-provvediemnt ta' assigurazzjoni huwa servizz li fil-prinċipju, huwa attività ekonomika. Kumpanija tal-assigurazzjoni captive normalment titħallas għas-servizzi li tipprovdi. Li s-servizz jingħata lil klijent wieħed jew grupp limitat ta' klijenti ma jipprekludihiex milli tkun attività ekonomika.
L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul u t-taxxa mnaqqsa fuq il kapital jissodisfaw ukoll, fl-opinjoni preliminari tal-Awtorità, il-kundizzjonijiet l-oħra li jikklassifikaw bħala għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim tal-ŻEE.
Ezenzjoni parzjali jew sħiħa mit-taxxa timplika ħela ta' risorsi pubbliċi. Il-kumpaniji jingħataw vantaġġi billi jinħelsu minn spejjeż li normalment jittieħdu mill-baġits tagħhom. Il-kumpaniji eliġibbli jfornu servizzi li huma skambjati bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE u għalhekk huma miftuħa għal kompetizzjoni transkonfinali. Il-miżuri huma selettivi minħabba li huma applikabbli biss għal grupp determinat ta' impriżi. L-Awtorità ma tqisx li din is-selettività hija konsegwenza ta' loġika inerenti fis-sistema tat-taxxa.
L-istess jista' jingħad għat-taxxa ċedulari. Teżisti, iżda, differenza li toħroġ mill-fatt li t-taxxa cedulari hija taxxa minn ras il-għajn. L-eżenzjoni mit-taxxa cedulari għalhekk tagħti vantaġġi lis-sidien ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni captive. Dawn is-sidien huma ħafna drabi imrpiżi (kbar). Għalhekk huma dawn it-tip ta' impriżi li jsiru l-benfiċjarji tal-miżura ta' għajnuna. Barra minn hekk, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni captive jistgħu jibbenefikaw indirettamment mill-eżenzjoni tat-taxxa ċedulari. Isiru iżjed attraenti għall-investituri u l-miżura trendi l-kapital iktar faċilment aċċessibbli.
Il-miżuri ta' sostenn maqbuda taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huma ġeneralment inkompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma jikkwalifikawx għal deroga skont l-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim ŻEE. Skont l-opinjoni preliminari tal-Awtorità, ebda waħda mid-derogi previsti taħt dawn id-dispożizzjonijiet ma tidher applikabbli għat-tassazzjoni ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni captive fil-Liechtenstein. Minħabba li l-miżuri daħlu fis-seħħ wara li l-Liechtenstein issieħbet fil-Ftehim ŻEE, kull għajnuna inkompatibbli normalment tkun teħtieġ tiġi irkuprata.
Konklużjoni
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali skond l-Artikolu 1(2) f'Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-partijiet interessati huma mistiedna li jressqu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) L-Att tat-18 ta' Diċembru 1997 rigward l-emenda tal-Att dwar it-Taxxa tal-Liechtenstein, Gażżetta tal-Liġi 1998 Nru 36.