Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2009C0303

    Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 303/09/COL tat- 8 ta' Lulju 2009 dwar l-iskema f’rabta mat-trasport marittimu fil-forma ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u skema ta' rifużjoni għall-impjegar ta' baħħara (L-Islanda)

    ĠU L 301, 18.11.2010, p. 10–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/303(2)/oj

    18.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 301/10


    DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

    Nru 303/09/COL

    tat-8 ta' Lulju 2009

    dwar l-iskema f’rabta mat-trasport marittimu fil-forma ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u skema ta' rifużjoni għall-impjegar ta' baħħara

    (L-Islanda)

    L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar il-Ħolqien ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 4(4), 6 u 7(5) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (4),

    Wara li kkunsidrat il-Linji ta' Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE (5), u b’mod partikolari l-Kapitolu dwar l-Għajnuna lit-Trasport Marittimu (6),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-14 ta' Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 (7),

    Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (8),

    Billi:

    I.   FATTI

    1.   PROĊEDURA

    Bl-ittra tat-23 ta' Marzu 2007 (Avveniment Nru 415003), l-awtoritajiet Iżlandiżi nnotifikaw lill-Awtorità dwar pjani ta' għajnuna lis-settur tat-trasport marittimu, skont l-Artikolu 1(3) ta' Parti I tal-Protokoll 3.

    Wara diversi skambji ta' korrispondenza (9), bl-ittra tad-19 ta' Diċembru 2007, l-Awtorità informat lill-awtoritajiet Iżlandiżi li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat lit-trasport marittimu fl-Iżlanda fis-sura ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u skema ta' rifużjoni għall-impjegar ta' baħħara.

    Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru. 721/07/COL li jingħata bidu għall-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE tiegħu (10). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward.

    L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

    2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI PROPOSTI

    In-notifika kienet tinvolvi żewġ miżuri separati: skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u rifużjoni speċjali għal sidien ta' bastimenti. Iż-żewġ miżuri ser ikunu deskritti hawn taħt.

    2.1.   TITOLU U GĦAN TAL-ISKEMI NNOTIFIKATI

    L-iskema “Ríkisstyrkur vegan kaupskipaútgerðar á Íslandi”, jiġifieri, għajnuna mill-Istat lit-trasport marittimu fl-Iżlanda tinkludi ż-żewġ miżuri nnotifikati. L-għan tal-iskema hija li jingħata appoġġ lit-trasport marittimu fl-Iżlanda billi jingħataw vantaġġi lil sidien ta' bastimenti bil-għan li jiġu inkoraġġuti jirreġistraw l-Iżlanda, minflok ma jbaħħru b’bandiera ta' konvenjenza.

    2.2.   BAŻI LEGALI NAZZJONALI GĦALL-MIŻURI NNOTIFIKATI

    Il-bażi legali għall-miżuri ta' hawn fuq hija l-Att 86/2007 dwar it-Tassazzjoni ta' operati ta' bastimenti merkantili “Lög um skattlagningu kaupskipaútgerðar” (minn hawn ’il quddiem “Att dwat it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ”). Dan l-Att ġie adottat mill-Parlament fis-17 ta' Marzu 2007 u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Liġi Uffiċjali fit-30 ta' Marzu 2007. Skont l-Artikolu 17 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ, dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

    L-Att dwar it-Taxa fuq it-Tunnelaġġ jeħtieġ li jitqies fid-dawl tal-konnessjoni mal-Att 38/2007 um íslenska alþjóðlega skipaskrá dwar ir-Reġistru Iżlandiż tal-Bastimenti Internazzjonali (11) (minn hawn ’il quddiem “IIS”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008 (12).

    2.3.   IT-TAXXA FUQ IT-TUNNELLAĠĠ

    Fl-Islanda, ir-rata standard tat-taxxa korporattiva hija ta' 15 % (13). L-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jipprovdi li, minflok l-applikazzjoni diretta tat-taxxa korporattiva ta' 15 % fuq il-profitt iġġenerat mill-attivitajiet ta' trasport marittimu, il-kumpaniji ta' trasport marittimu jibbenefikaw minn taxxa fuq it-tunnellaġġ aktar favorevoli abbazi ta' profitt kunċettwali kuljum skont it-tunnellaġġ reali tal-bastiment ikkonċernat. Jekk kumpanija ta' trasport marittimu tixtieq tibqa’ suġġetta għar-regoli normali b’rabta mat-taxxa korporattiva sabiex tikkalkula l-profitti tagħha, hija tkun tista' tagħmel dan.

    Sussegwentement, il-profitt nazzjonali li jinkiseb permezz tal-applikazzjoni ta' rata stabbilita fir-rigward tat-tunnellaġġ reali jkun suġġett għal taxxa korporattiva standard.

    Għaldaqstant, is-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ teżenta kumpaniji eliġibbli minn taxxa korporattiva regolari fuq profitti li jinkisbu minn trasport marittimu sakemm dawn il-profitti ma jinżammux f’kumpaniji fi ħdan din l-iskema. L-eżenzjoni ma tapplikax għal imgħaxijiet, profitti minn tranżazzjonijiet tal-borża, jew introjtu minn għejun oħrajn.

    2.3.1.    Attivitajiet eliġibbli

    Attivitajiet prinċipali

    L-iskema tkopri l-bastimenti rreġistrati fl-IIS ta' mill-anqas 100 GT użati għall-ġarr tan-nies jew tal-merkanzija 'l barra mill-pajjiż u l-ġarr tal-merkanzija domestiku. L-Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jispeċifika li l-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri għandu jsir permezz ta':

    1.

    bastimenti merkantili proprjetà tal-operaturi tal-bastiment;

    2.

    bastimenti merkantili mikrija mingħajr ekwipaġġ (bareboat charter);

    3.

    bastimenti merkantili mikrija bl-ekwipaġġ (time charter).

    L-operati ta' bastimenti merkantili ma jinkludux il-kiri ta' bareboat charter għal perjodi itwal minn tliet snin. L-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li ma hemm l-ebda regola partikolari dwar il-proporzjon ta' bastimenti merkantili li jistgħu jinkrew bl-ekwipaġġ jew mingħajru meta mqabbel ma’ dawk li huma proprjetà tal-operatur tal-bastiment.

    L-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jipprovdi li l-attivitajiet li ġejjin mhumiex eliġibbli taħt l-Att: sajd, kostruzzjonijiet f’portijiet, għadis, pilotaġġ u salvataġġ, attivitajiet edukattivi u ta' taħriġ jew attivitajiet soċjali oħrajn, sport, divertiment u attivitajiet ta' mogħdija ta' żmien inkluż l-osservar ta' baleni u l-ġarr ta' passiġġieri bejn portijiet fl-Iżlanda li mhumiex il-portijiet fejn jankra l-bastiment bejn pajjiżi differenti.

    L-awtoritajiet Islandiżi kkonfermaw li l-irmunkar u t-tħammil mhumiex eliġibbli taħt l-Att.

    Attivitajiet anċillari

    L-Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jipprovdi li l-attivitajiet anċillari li ġejjin huma eliġibbli:

    1.

    l-użu ta' kontejners għall-ġarr ta' merkanzija;

    2.

    l-operat tat-tagħbija, l-ħatt u l-faċilitajiet ta' manutenzjoni;

    3.

    l-operat tal-bejgħ ta' biljetti u t-terminali tal-passiġġieri;

    4.

    l-operat tal-uffiċċji u l-faċilitajiet ta' ġestjoni;

    5.

    il-bejgħ tal-prodotti tal-konsumatur abbord bastimenti merkantili.

    2.3.2.    Reġistrazzjoni fl-IIS u l-obbligazzjoni fiskali sħiħa

    Skont l-Artikolu 1 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ,

    “kumpanija ta' responsabbiltà limitata u kumpaniji privati limitati, suġġetti għat-tassazzjoni skont il-punt 1 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 tal-Att 90/2003 dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu, bastimenti merkantili operattivi rreġistrati fir-reġistru Iżlandiż tal-Bastimenti Internazzjonali (IIS), jistgħu jiddeċiedu li jħallsu t-taxxi fuq l-operati tal = bastimenti merkantili tagħhom skont dan l-Att minflok skont l-Att Nru 90/2003.”

    Minbarra r-rekwiżit dwar l-attivitajiet eliġibbli, l-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ tistipula li ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rrispettati:

    l-ewwel, il-bastimenti għandhom ikunu rreġistrati fl-IIS. L-awtoritajiet Iżlandiżi jargumentaw li r-reġistrazzjoni fl-IIS mhijiex ikkunsidrata bħala l-hekk imsejħa “rabta mal-bandiera”. Ma tintalab l-ebda rabta espliċita mal-bandiera strictu sensu fl-Iżlanda. Fil-fatt, skont l-Artikolu 6 tal-Att Nru 38/2007 dwar l-IIS “bastiment merkantili li huwa rreġistrat fir-Reġistru Iżlandiż tal-Bastimenti Internazzjonali huwa kkunsidrat bħala bastiment Iżlandiż u għandu d-dritt li jbaħħar taħt il-bandiera nazzjonali tal-Iżlanda”. Għaldaqstant l-awtoritajiet Iżlandiżi jiddeskrivu r-rabta mal-bandiera bħala dritt u mhux kundizzjoni għal eliġibbiltà taħt l-iskema.

    Bastiment li ma jtajjarx il-bandiera Iżlandiża xorta jista' jkollu aċċess għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ sakemm ikun irreġistrat fl-IIS. F’dak ir-rigward, l-Artikolu 4 tal-istess Att jippreskrivi li r-reġistrazzjoni hija miftuħa fejn “is-sid tal-bastiment merkantili jkun ċittadin Iżlandiż, ċittadini ta' Stat ieħor fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Istati fundaturi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, ċittadini tal-Gżejjer Faroe jew entità ġuridika rreġistrata fl-Iżlanda”.

    it-tieni, kumpaniji ta' responsabbiltà limitata u kumpaniji privati limitati għandhom ikunu suġġetti għal tassazzjoni skont l-Artikolu 2(1) subparagrafu 1 tal-Att Nru 90/2003 tat-Taxxa fuq l-Introjtu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu”). Dik id-dispożizzjoni tipprovdi li l-kumpaniji ddomiċiljati fl-Iżlanda għandhom iħallsu t-taxxa fuq l-introjtu globali tagħhom (ir-responsabbiltà sħiħa) fl-Iżlanda. Persuna ġuridika hija kkunsidrata li tkun iddomiċiljata fl-Iżlanda jekk tkun irreġistrata fl-Iżlanda, jekk tikkunsidra l-Iżlanda bħala r-residenza tagħha skont il-bylaw tagħha, jekk jekk ikollha s-sede amministrattiva reali tagħha fl-Iżlanda. L-Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu jipprovdi li kumpaniji mhux iddomiċiljati huma obbligati li jħallsu t-taxxa fuq l-introjtu li joriġina mill-Iżlanda fil-Iżlanda stess (tassazzjoni f’ras il-għajn). L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermw li l-kumpaniji, sabiex ikunu eliġibbli, mhux bilfors għandhom ikunu inkorporati taħt il-liġi korporattiva Iżlandiża bħala kumpaniji Iżlandiżi. Għalhekk, il-kumpaniji mhux inkorporati taħt il-liġi tal-kumpaniji ta' Stat ieħor taż-ŻEE jkunu jikkwalifikaw għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali.

    2.3.3.    Stabbiliment tal-bażi tat-taxxa

    Skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ, il-bażi tat-taxxa (profitt kunċettwali) ser ikun stabbilit kif ġej:

    Sa, u inkluż, 25 000 NT – ISK 30 għal kull 100 NT,

    Minn 25 001 NT – ISK 10 għal kull 100 NT.

    L-ebda tnaqqis mhu permess mill-bażi tat-taxxa.

    2.3.4.    Tassazzjoni taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu u kontabbiltà separata

    L-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jispeċifika li jekk operatur ta' bastiment huwa involut ukoll f’attivitajiet oħrajn għajr dawk li jikkwalifikawh għal taxxa fuq it-tunnellaġġ, huwa għandu jkun intaxxat għal dawk l-attivitajiet skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu.

    L-Artikolu 7 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jistipula li l-introjtu u l-ispejjeż ta' operati ta' bastimenti merkantili għandhom jinżammu separati mill-introjtu u l-ispejjeż ta' attivitajiet oħrajn bi proporzjon għall-valur skont il-kotba tal-assi li jintużaw fl-operazzjoni tal-bastiment merkantili fuq in-naħa l-waħda, u għal użi oħrajn, fuq in-naħa l-oħra.

    L-Artikolu 9 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jistipula li l-ispejjeż tal-operat tal-bastiment merkantili ma jistgħux jitnaqqsu mill-introjtu tal-operatur tal-bastiment suġġett għat-tassazzjoni taħt l-att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu. L-ispejjeż, spejjeż finanzjarji oħrajn, li jirrelataw fl-istess ħin mal-akkwist ta' introjtu f’operati ta' bastimenti merkantili u l-akkwist ta' introjtu ieħor, għandu jinqasam fi proprzjon mal-introjtu. Fl-eventwalità li l-ispejjeż tal-imgħax, diprezzament, u telf tar-rati tal-kambju skont l-Artikolu 49 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu jirrelataw fl-istess mument mal-akkwist ta' introjtu f’operat ta' bastiment merkantili u l-akkwist ta' introjtu ieħor, tali spejjeż finanzjarji għandhom jinqasmu fi proprzjon għall-valur skont il-kotba tal-assi li jintużaw f’operazzjonijiet ta' bastimenti merkantili, fuq in-naħa l-waħda, u għal użijiet oħrajn, fuq in-naħa l-oħra. L-ispejjeż li huma kkunsidrati li jirrelataw mal-ġenerazzjoni ta' introjtu ieħor għajr dak minn operat ta' bastiment merkantili għandhom ikunu rregolati mill-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu.

    L-Artikolu 11 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jipprovdi li telf minn operati ta' bastimenti merkantili m’għandhomx jitnaqqsu fir-rigward tat-tassazzjoni ta' attivitajiet oħrajn skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu.

    2.3.5.    Tul ta' żmien tal-iskema u perjodu ta' lock-in

    L-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li l-iskemi huma nnotifikati għal tul ta' żmien mingħajr limitu iżda huma mhumiex lesti li jinnotifikaw mill-ġdid wara perjodu ta' żmien li għandu jintlaħaq qbil dwaru mal-Awtorità.

    Skont l-Artikolu 2 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ, l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tinkludi perjodu lock-in ta' tliet snin. Dan ifisser li sid ta' vapur li jagħżel li jħallas it-taxxa fuq it-tunellaġġ ikollu jibqa’ f’dik l-iskema għal tliet snin.

    2.4.   RIFUŻJONI SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ L-INTROJTU TAL-BAĦĦARA

    L-awtoritajiet Iżlandiżi nnotifikaw ukoll sistema ta' appoġġ għas-salarju gross tal-baħħara, li biha s-sidien tal-vapuri jistgħu jitħallsu għotjiet li jammontaw għal 90 % tat-taxxa fuq l-introjtu kkalkulati fuq is-salarji gross tal-baħħara impjegati. Sabiex jikkwalifika għall-għotjiet sid il-bastiment għandu jkun kumpanija ta' responsabbiltà limitata jew kumpanija privata limitata fl-Iżlanda b’obbligazzjoni fiskali sħiħa fl-Iżlanda, il-bastimenti għandhom ikunu rreġistrati fl-IIS u sid il-vapur għandu jimpjega baħħara li huma eliġibbli għal tassazzjoni fl-Iżlanda.

    L-Artikolu 16 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jipprovdi:

    “Il-kumpaniji ta' responsabbiltà limitata u l-kumpaniji privati limitati suġġetti għal tassazzjoni skont il-punt 1 tal-paragarfu 1 tal-Artikolu 2 tal-Att Nru 90/2003 tat-Taxxa fuq l-Introjtu, u li joperaw bastimenti merkantili, ara l-Artikolu 3, irreġistrati fir-reġistru Iżlandiż tal-Bastimenti Internazzjonali (IIS), għandhom jirċievu sussidju li jikkorrispondi għal 90 % tal-ammont stabbilit b’mod korrett tat-taxxa fuq l-introjtu u tat-taxxa fuq l-introjtu muniċipali f’taxxi minn ras il-għajn fuq is-salarji tal-ekwipaġġ tal-bastimenti merkantili inkwistjoni, b’kunsiderazzjoni tal-konċessjonijiet fiskali personali u l-konċessjonijiet tal-baħħara. Din it-taxxa minn ras il-għajn għandha, fl-aspetti l-oħrajn kollha, tkun disposta b’tali mod li 5 % minnha titħallas lit-Teżor u 5 % għandha titħallas lill-muniċipalità tal-membru ekwipaġġ inkwistjoni. Dan id-disponiment għandu jissostitwixxi d-disponiment tat-taxxa minn ras il-għajn u d-diviżjoni skont l-Att dwar it-Taxxa minn Ras il-Għajn, l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu fuq il-bażi tad-Dħul Munċipali.

    Il-Ministru tal-Finanzi għandu, permezz ta' regolament, jispeċifika l-implimentazzjoni tal-pagamenti skont il-Paragrafu 1, inkluż is-sura tal-applikazzjonijiet ta' sussidji, żminijiet tal-ħlas u bbilanċjar kontra livelli pubbliċi mhux imħallsa.”

    L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw li ma hemm l-ebda kriterju ta' eliġibbiltà fir-rigward tal-livell tal-baħħar għajr dak li jkun impjegat ma’ kumpanija ta' trasport marittimu merkantili u jkollu l-obbligazzjoni fiskali fl-Iżlanda. Din ir-rifużjoni tingħata biss fuq it-taxxa fuq l-introjtu, ikkalkolata fuq is-salarji tal-baħħara. Hija ma tkopri l-ebda kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali. L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw ukoll li n-nazzjonalità Iżlandiża mhijiex rilevanti f’dan ir-rigward. Il-baħħar ma jeħtieġx li jkollu r-residenza tiegħu fl-Iżlanda sabiex sid il-vapur jkun jista' jikkwalifika għall-għotja.

    2.5.   BENEFIĊJARJI TAL-GĦAJNUNA, BAĠIT, TUL TA' ŻMIEN U DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-MIŻURI NNOTIFIKATI

    L-awtoritajiet Iclandiżi ma ressqu l-ebda ċifra eżatta dwar it-tnaqqis tad-dħul tal-Istat li joħroġ mill-applikazzjoni tal-iskema dwar it-taxxa fuq it-tunnellaġġ meta mqabbel mad-dħul mit-taxxi li b’riżultat tal-applikazzjoni tat-taxxa korporattiva standard.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li l-ispejjeż tal-miżuri nnotifikati jkunu jiddependu fuq l-għadd ta' bastimenti li jirreġistraw fl-IIS. Huma stennew ir-reġistrazzjoni ta' 12-il bastiment b’tunnellaġġ li ipotetikament it-taxxa fuq it-tunnellaġġ tkun medja ta' ISK 120 000. B’hekk it-taxxa fuq it-tunnellaġġ tkun tammonta għal ISK 1 440 000. Madanakollu, l-istima preliminari ma tindikax l-ammont ta' taxxa korporattiva ordinarja li dawn it-12-il bastiment kienu jħallsu alternattivament.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li ma saret l-ebda talba għal reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Bastimenti Iżlandiż.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi ma llimitawx it-tul ta' żmien taż-żewġ skemi.

    2.6.   KUMULU

    Skont it-Taqsima 11 tal-Linji Gwida Marittimi, tnaqqis għal żero tat-tassazzjoni u tal-imposti soċjali għall-baħħara u t-tnaqqis tat-tassazzjoni korporattiva tal-attivitajiet ta' trasport marittimu f’konformità mal-iskemi li huma diġà approvati fi Stat oħrajn taż-ŻEE huwa l-aktar livell ta' għajnuna li huwa permess. Biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sistemi oħrajn ta' għajnuna ma jistgħux jipprovdu aktar benefiċċji minn dawn. Fl-ebda ċirkostanza l-għajnuna ma tista' taqbeż l-ammont totali tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li jinġabru minn attivitajiet ta' trasport marittimu u ta' baħħara.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw li l-kumulu taż-żewġ skemi ma’ miżuri oħra ta' sostenn ser ikunu ssorveljati mill-awtoritajiet fiskali Iżlandiżi u l-aktar intensitajiet massimi tal-għajnuna ser jiġu rrispettati.

    2.7.   INFORMAZZJONI DWAR IL-PROSPETT MAKROEKONOMIKU FUQ IR-RAGRUPPAMENT MARITTIMU

    F’konformità mat-Taqsima 12(2) tal-Linji Gwida Marittimi, l-awtoritajiet Iżlandiżi wettqu analiżi tal-kost-effettività biex jiġi stabbilit il-prospett makroekonomiku tal-iskemi fiskali nnotifikati. L-analiżi tiddikjara li huwa diffiċli li jitbassru l-effetti ekonomiċi tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ billi dan jiddependi fuq l-għadd ta' bastimenti rreġistrati fl-IIS. Fuq l-istima tal-impjiegi li ser jinħolqu jew jinżammu, l-awtoritajiet Iżlandiżi jistmaw li l-effett taż-żewġ miżuri ta' sostenn huwa li fis-sitt snin li ġejjin 200 baħħar ser ikunu impjegati bħala ekwipaġġ ġdid fuq bastimenti merkantili li jikkwalifikaw.

    3.   TĦASSIB DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ

    Fid-19 ta' Diċembru 2007, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali dwar il-proposta ta' għajnuna mill-Istat lit-trasport marittimu fl-Iżlanda fis-sura ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u skema ta' rifużjoni lill-baħħara (14).

    L-Awtorità wriet it-tħassib tagħha fid-deċiżjoni ta' ftuħ fir-rigward tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ dwar il-punti li jikkonċernaw ir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni tal-bastimenti fl-IIS li b’hekk jeskludihom mill-operati tal-iskema tat-taxxa ta' bastimenti rreġistrati fi Stati oħrajn taż-ŻEE u r-rekwiżit ta' obbligazzjonijiet fiskali sħaħ li għalhekk jeskludu attivitajiet suġġetti għal tassazzjoni minn ras il-għajn mill-aċċess għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

    Barra minn hekk l-Awtorità kellha tħassib dwar ir-rekwiżiti li entitajiet ġuridiċi rreġistrati fl-Iżlanda biss jistgħu jirreġistraw fl-IIS, it-trattament ta' kumpaniji ta' ġestjoni ta' bastimenti, il-ħolqien ta' bażi ta' taxxa u t-tul ta' żmien li sid il-bastiment għandu jibqa’ fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (“il-perjodu lock-in”).

    Rigward l-iskema ta' rifużjoni għall-baħħara, l-Awtorità esprtimiet it-tħassib tagħha dwar ir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni fl-IIS għal responsabbiltà fiskali sħiħa. Barra minn hekk, fir-rigward tas-servizzi skedati tal-passiġġieri bejn portijiet taż-ŻEE, l-Awtorità kellha dubji jekk l-għajnuna tingħatax għall-impjegar ta' baħħar taż-ŻEE biss.

    4.   KUMMENTI MINGĦAND L-AWTORITAJIET IZLANDIŻI

    L-awtoritajiet Iżlandiżi pprovdew lill-Awtorità xi kummenti dwar dwar l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u dwar l-iskema għal rifużjoni lil baħħara permezz tal-ittra tal-15 ta' Frar 2008 (Avveniment Nru 465550).

    L-awtoritajiet Iżlandiżi għamlu l-kummenti li ġejjin:

    l-ebda sid ta' bastiment ma kien applika għal reġistrazzjoni fl-IIS,

    sabiex ikunu eliġibbli, l-kumpaniji għandhom ikollhom obbligazzjonijiet fiskali fl-Iżlanda iżda ma hemmx għalfejn ikunu inkorporati taħt il-liġi tal-kumpanija Iżlandiża bħala kumpaniji Iżlandiżi,

    ma tapplika l-ebda regola speċifika dwar il-proporzjon ta' bastimenti li huma proprjetà minn sid il-bastimenti u dawk li huma ġestiti b’ekwipaġġ,

    bastimenti proprjetà ta' entitajiet ġuridiċi fi Stati oħrajn taż-ŻEE b’obbligazzjonijiet fiskali limitati fl-Iżlanda mhumiex eliġibbli għal reġistrazzjoni fl-IIS,

    L-Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ jiddikjara li t-tassazzjoni skont dak l-Att tinkludi l-operat tal-bastimenti merkantili kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni fl-IIS. Meta tintgħażel l-alternattiva tas-sistema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-kumpanija taqbel li tpoġġi l-bastimenti eliġibbli kollha tagħha u kif ukoll attività relatata taħt l-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (l-hekk imsejħa regola ta' kollox jew xejn),

    rati tat-taxxa: l-awtoritajiet Iżlandiżi argumentaw li r-rati tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ huma konformi ma’ dawk approvati mill-Awtorità fl-iskemi Norveġiżi ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ,

    tul ta' żmien tal-iskema: l-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li huma lesti li jagħmlu notifiki ġodda dwar l-iskema kif miftiehem mal-Awtorità,

    kumulu: l-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li huma ser jiżguraw li r-regoli ta' kumulu jiġu rrispettati.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi ma għamlu l-ebda kumment dwar it-tul ta' żmien tal-perjodu ta' lock-in.

    II.   VALUTAZZJONI

    1.   PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

    L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi dan li ġej:

    “Bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f’dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma’ dan il-Ftehim.”

    Il-kriterji individwali ser ikunu eżaminati hawn taħt.

    1.1.   PREŻENZA TA' RIŻŻORSI TAL-ISTAT

    Il-miżura tal-għajnuna trid tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat.

    L-applikazzjoni ta' rata anqas ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ minflok it-taxxa korporattiva standard twassal għal telf fid-dħul tal-Istat. L-iskema dwar il-baħħara timplika l-istess telf ta' dħul Statali billi lil sidien il-bastimenti l-Istat ser ikun qiegħed jagħtihom għotjiet diretti li jammontaw għal 90 % tat-taxxa fuq l-introjtu li kienu jkunu dovuti mill-baħħara u kienu jitħallsu minn sidien il-bastimenti. B’riżultat ta' dawk iż-żewġ skemi, l-Istat jirrinunzja dħul minn taxxi li normalment kien idaħħal mingħand l-impriżi kkonċernati. In-nuqqas ta' dawn il-fondi jirrappreżenta piż fuq ir-riżorsi tal-Istat minn imposti li normalment jinġarru mill-baġits tal-impriżi parteċipanti (15). Telf ta' dħul mit-taxxa hu ekwivalenti għall-konsum ta' riżorsi tal-Istat fil-forma ta' nefqa fiskali (16).

    1.2.   TRATTAMENT LI JIFFAVORIXXI ĊERTI IMPRIŻI JEW IL-PRODUZZJONI TA' ĊERTI PRODOTTI

    Iż-żewġ miżuri jagħtu vantaġġi lil sidien ta' bastimenti permezz ta' sussidji u konċessjonijiet ta' taxxi. Iż-żewġ miżuri huma limitati għas-settur marittimu u għaldaqstant jiffavorixxu biss lil ċerti impriżi. Konsegwentement dawn għandhom jitqiesu bħala selettivi fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (17).

    1.3.   DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN IL-PARTIJIET KONTRAENTI

    Il-miżura tal-għajnuna għandha tkun ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni u tħalli effetti fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

    Is-sidien tal-bastimenti li jibbenefikaw mill-iskema jwettqu attività ekonomika f’kompetizzjoni ma’ sidien ta' bastimenti/kumpaniji ma’ pajjiżi oħrajn taż-ŻEE. It-taxxa fuq it-tunnellaġġ u s-sistema tal-baħħara jsaħħu l-pożizzjoni tas-sidien tal-bastimenti fil-konfront tal-kompetituri tagħhom fiż-ŻEE u bejn l-Iżlanda u l-Istati l-oħra taż-ŻEE u pajjiżi terzi. Għaldaqstant, il-miżuri jħallu effetti fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

    1.4.   KONKLUŻJONI

    Għalhekk l-Awtorità hija tal-fehma li l-miżuri ta' sostenn innotifikati (l-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-iskema tal-baħħara) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    Fil-verità, il-Linji Gwida Marittimi jipprovdu speċifikament li “dawn il-miżuri ta' għajnuna li japplikaw b’mod speċjali għat-trasport marittimu jitqiesu li huma għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, is-sistema li tissostitwixxi s-sistema normali ta' taxxa korporattiva b’taxxa fuq it-tunnelaġġ hija għajnuna mill-Istat”.

    2.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

    Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta' għoti jew ta' tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti minnu qabel ma dik il-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali”.

    Permezz tan-notifika tagħhom taż-żewġ miżuri ta' sostenn, li ntbagħtet bl-ittra tat-23 ta' Marzu 2007 mill-Missjoni Iżlandiża lill-Unjoni Ewropea (Avveniment Nru 415003), l-awtoritajiet Iżlandiżi żammew konformi mar-rekwiżit ta' notifika.

    Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Iżlanda daħħlu fis-seħħ il-miżuri nnotifikati qabel ma l-Awtorità tat deċiżjoni finali dwarhom. Għaldaqstant l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Iżlandiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

    3.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

    Taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, għajnuna mmirata li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi tista' titqies kompatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE sakemm tali għajnuna ma taffettwax b’mod avvers il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni. L-Awtorità tikkunsidra li l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE flimkien mal-Linji Gwida Marittimi jifformaw il-bażi legali għal valutazzzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri nnotifikati.

    Il-Linji Gwida Marittimi fit-Taqsima 1.2(c) paragrafu 4 jippermetti lill-Istati tal-EFTA li jagħtu sostenn lill-industrija tat-trasport marittimu: “l-industriji marittimi huma marbuta mat-trasport marittimu b’mod li mhux la kemm tħollu. Din l-assoċjazzjoni hija argument f’saħħtu favur miżuri pożittivi bil-għan li tinżamm flotta dipendenti fuq it-trasport marittimu taż-ŻEE. Billi t-trasport marittimu huwa wieħed mill-ħoloq fil-katina tat-trasport inġenerali u fil-katina tal-industriji marittimi b’mod partikolari, miżuri bil-għan li titħares il-kompetittività tal-flotta Ewropea għandhom ukoll riperkussjonijiet fuq l-investimenti fuq l-art u fuq l-industriji relatati mas-settur marittimu u kif ukoll fuq il-kontribuzzjoni tat-trasport marittimu għall-ekonomija taż-ŻEE kollha kemm hi, u fuq l-impjiegi inġenerali”.

    Iż-żewġ miżuri nnotifikati jikkonċernaw għajnuna operattiva, jiġifieri għajnuna li hija intiża li ttaffi l-ispejjeż li impriża normalment ikollha tagħmel għall-ġestjoni ta' kuljum tal-attivitajiet abitwali tagħha. Normalment l-għajnuna operattiva mhijiex permessa sakemm ma tkunx awtorizzata b’mod espliċitu mill-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità. Il-Linji Gwida Marittimi tal-Awtorità jipprovdu għall-possibbiltà tal-għoti ta' għajnuna operattiva fis-sura ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ fit-Taqsima 3.1 u fis-sura ta' tnaqqis tal-ispejjeż relatati max-xogħol fit-Taqsima 3.2.

    Fl-analiżi tagħha l-Awtorità analizzat il-kundizzjonijiet li huma komuni kemm għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-iskema tal-baħħara (3.1), u mbagħad il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (3.2) u għall-iskema tal-baħħara (3.3).

    3.1.   KUNDIZZJONI KOMUNI KEMM GĦALL-ISKEMA FUQ IT-TUNNELLAĠĠ U KIF UKOLL GĦALL-ISKEMA TA' RIFUŻJONI GĦALL-BAĦĦARA: IR-REKWIŻIT TA' REĠISTRAZZJONI TAL-BASTIMENT FL-IIS, BIEX B’HEKK JIĠU ESKLUŻI L-BASTIMENTI RREĠISTRATI FI STATI OĦRAJN TAŻ-ŻEE

    Ir-rekwiżit fl-Artikolu 1 tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Tunnellaġġ li l-bastimenti għandhom jiġu rreġistrati fl-IIS sabiex ikollhom aċċess għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunellaġġ iwassal għall-esklużjoni ta' bastimenti mhux irreġistrati fl-Iżlanda. Ir-restrizzjoni tapplika anke fejn l-operat ta' tali bastimenti huwa suġġett għal tassazzjoni min-naħa tal-Iżlanda. Għalhekk, sid ta' żewġ bastimenti, b’wieħed irreġistrat fl-IIS u ieħor irreġistrat fi Stat ieħor taż-ŻEE jista' jkun suġġett għal tassazzjoni fl-Iżlanda fuq il-profitti mill-operat taż-żewġ bastimenti (18). Huwa biss il-bastiment irreġistrat fl-IIS li, madanakollu, ser ikun eliġibbli li jibbenefika mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

    Huwa prinċipju stabbilit tajjeb li għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa’ fil-kompetenza tal-Istati taż-ŻEE, huma jridu, madankollu, jeżerċitaw dik il-kompetenza b’mod konsistenti mal-liġi taż-ŻEE (19). Id-dritt ta' stabbiliment jinkludi d-dritt taċ-ċittadini (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) ta' Stat wieħed taż-ŻEE li jistabbilixxu u jamministraw impriżi fi Stat ieħor taż-ŻEE skont il-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi tal-Istat ospitanti għaċ-ċittadini tiegħu stess. It-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' stabbiliment japplika għal restrizzjonijiet għall-istabbiliment ta' aġenziji, fergħat jew sussidjarji (20). Barra minn hekk, il-projbizzjoni fuq ir-restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' stabbiliment tapplika wkoll għal dispożizzjonijiet fiskali (21). Konsegwentement, dan jinkludi d-dritt ta' kumpanija stabbilita fi Stat taż-ŻEE, u b’sede, uffiċċju rreġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċiplai tan-negozju fiż-ŻEE li twettaq l-attivitajiet tagħha fi Stat ieħor taż-ŻEE permezz ta' fergħa jew aġenzija, u tkun suġġetta għall-istess trattament fiskali bħal kumpaniji stabbiliti f’dak l-Istat. Differenza fit-trattament fiskali tista' biss tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE jekk tikkonċerna sitwazzjonijiet li mhumiex paragunabbli oġġettivament jew jekk tkun iġġustifikata minn raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku (22).

    Ir-reġistrazzjoni ta' bastiment tista' tikkostitwixxi stabbiliment fejn il-bastiment jikkostitwixxi strumenti ta' attività ekonomika li tinvolvi stabbiliment fiss. Għalhekk, restrizzjonijiet fuq bastimenti rreġistrati fi Stati oħra taż-ŻEE jistgħu jmorru kontra d-dritt ta' stabbiliment li jinsab fl-Artikolu 31 taż-ŻEE (23).

    Kif inhu spjegat hawn fuq, is-sid ta' bastiment b’obbligazzjonijiet fiskali fl-Iżlanda u bastimenti merkantili fi Stat ieħor taż-ŻEE ser ikun suġġett għal trattament fiskali anqas favorevoli minn sid ta' bastiment b’obbligazzjonijiet fiskali sħaħ fl-Iżlanda u bastimenti merkantili rreġistrati fl-IIS. Id-differenza fit-trattament tikkostitwixxi restrizzjoni fuq id-dritt ta' stabbiliment billi tiskoraġġixxi sidien ta' bastimenti milli jkollhom bastimenti rreġistrati fi Stati oħra taż-ŻEE.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi ma ppreżentawx raġunijiet prevalenti konvinċenti fl-interess pubbliku li jistgħu jiġġustifikaw tali restrizzjoni fuq sidien ta' bastimenti stabbiliti fi Stati oħra taż-ŻEE. L-Awtorità lanqas ma identifikat xi raġuni dwar għaliex tali restrizzjoni fuq il-libertà ta' stabbiliment hi meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan wara l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, jiġifieri li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-kompetittività tas-sidien tal-bastimenti fl-Iżlanda fil-konfront tal-kundizzjonijiet f’ġuriżidizzjonijiet li mhumiex taż-ŻEE.

    Barra minn hekk l-Awtorità tikkunsidra li r-rekwiżit Iżlandiż ta' reġistrazzjoni mhuwiex kompatibbli mat-Taqsima 3.1(7) tal-Linji Gwida Marittimi li tistipula li skema ta' għajnuna fiskali għandha jkollha rabta ma’ “bandiera taż-ŻEE”. Il-Linji Gwida Marittimi jispjegaw li tali regola teżisti “għall-promozzjoni tal-kompetittività tal-flotta taż-ŻEE fis-suq globali tat-trasport marittimu”. L-għażla tal-kliem “Stat taż-ŻEE” moqrija fid-dawl ta' dan l-għan ma ssostnix l-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' reġistrazzjoni fi Stat speċifiku tal-EFTA li jagħti l-għajnuna. Min-naħa l-oħra, hija ssostni l-fehma li l-kriterju għandu jkun ir-reġistrazzjoni fi kwalunkwe Stat taż-ŻEE (24).

    L-awtoritajiet Iżlandiżi argumentaw li huma ma jirrekjedux dik li huma jsejħu “rabta mal-bandiera” billi kull bastiment fl-IIS jibqa’ ħieles li jtajjar bandiera oħra. Kif spjegat aktar ’il fuq fit-Taqsima 2.3.2, l-Artikolu 6 tal-Att 38/2007 dwar l-IIS jiddikjara li bastiment merkantili li huwa rreġistrat fl-IIS huwa kkunsidrat bħala bastiment Iżlandiż ibaħħarx taħt il-bandiera Iżlandiża jew le.

    L-Awtorità tikkunsidra li l-argument dwar l-użu volontarju tal-bandiera Iżlandiża mhuwiex relevanti billi r-restrizzjoni dwar il-libertà tal-istabbiliment, imsemmija qabel, toħroġ mir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni. Għaldaqstant, anke jekk sid il-bastiment jitħalla jtajjar bandiera oħra għajr dik Iżlandiża, xorta waħda huwa obbligat jirreġistra fl-IIS biex japprofitta minn taxxa fuq it-tunnellaġġ aktar favorevoli. Minkejja t-talbiet li saru mill-Awtorità, l-awtoritajiet Iżlandiżi ma ppreżentaw l-ebda argument li jiġġustifika n-neċessità u l-proporzjonalità tar-rekwiżit ta' reġistrazzjoni doppja biex jintlaħqu l-għanijiet tal-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

    Għaldaqstant l-Awtrotià tikkonkludi li r-rekwiżit ta' reġistrazzjoni mhuwiex kompatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE, partikolarment id-dritt ta' stabbiliment fl-Artikolu 31 taż-ŻEE u għalhekk ma jistax jiġi permess taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE.

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità ma tikkunsidrax li huwa neċessarju li ssir analiżi bir-reqqa tat-tħassib li qajmet fid-Deċiżjoni 721/07/COL dwar ir-rekwiżit ta' obbligazzjoni fiskali sħiħa sabiex jittieħed benefiċċju mill-iskema dwar it-taxxa fuq it-tunnellaġġ u s-skema ta' rifużjoni tal-baħħara. Fi kwalunkwe ċirkostanza, kif issemma aktar ’il fuq fin-nota tal-qiegħ nru 18, il-ftehimiet ta' tassazzjoni doppja tal-Istati taż-ŻEE normalment ser ifissru li l-attivitajiet tal-kumpaniji ta' trasport marittimu jiġu ntaxxati fl-Istat fejn jinsab il-post tal-ġestjoni amministrattiva tal-kumpanija. Għaldaqstant, il-kumpaniji ta' trasport marittimu stabbiliti fiż-ŻEE b’obbligazzjoni fiskali limitata fl-Iżlanda normalment ser ikunu suġġetti biss għat-tassazzjoni fl-Istat taż-ŻEE ta' fejn ikunu stabbiliti.

    3.2.   KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ISKEMA TAT-TAXXA FUQ IT-TUNNELLAĠĠ

    3.2.1.    Stabbiliment tal-bażi tat-taxxa

    It-Taqsima 3.1(18) tal-Linji Gwida Marittimi tipprovdi li l-Kummissjoni għandha tapprova biss skemi li jwasslu għal piż tat-taxxa għall-istess tunellaġġ “bejn wieħed u ieħor konsistenti mal-iskemi diġà approvati. Abbażi tal-esperjenza tagħha, l-Awtorità tinnota li minflok il-kalkolazzjoni ta' profitti virtwali li fuqhom tiġi applikata r-rata normali ta' taxxa korporattiva, xi Stati jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu direttament rati speċjali ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. L-Awtorità bl-istess mod għandha tfittex li żżomm bilanċ ekwu f’konsistenza mal-iskemi diġà approvati”.

    L-Awtorità qabblet ir-rati nnotifikati mill-awtoritajiet Iżlandiżi mar-rati applikabbli fi skemi approvati fi Stati oħrajn taż-ŻEE:

    L-Iżlanda

    Id-Danimarka

    Il-Litwanja

    L-Italja

    In-Norveġja (*)

    Kull ammont sa 25 000 NT

    Sa 1 000 NT

    Sa 1 000 NT

    Sa 1 000 NT

    L-ebda taxxa fuq l-ewwel 1 000 NT

    ISK 30 (EUR 0,17) kull 100 NT

    EUR 0,90 kull 100 NT

    EUR 0.93 kull 100 NT

    EUR 0,90 kull 100 NT

     

     

    Minn 1 001 NT sa 10 000 NT

    Minn 1 001 NT sa 10 000 NT

    Minn 1 001 NT sa 10 000 NT

    Minn 1 001 NT sa 10 000 NT

     

    EUR 0.70 kull 100 NT

    EUR 0.67 kull 100 NT

    EUR 0.70 kull 100 NT

    EUR 0.22 kull 100 NT

     

    Minn 10 001 sa 25 000 NT

    Minn 10 001 sa 25 000 NT

    Minn 10 001 sa 25 000 NT

    Minn 10 001 sa 25 000 NT

     

    EUR 0.40 kull 100 NT

    EUR 0.43 kull 100 NT

    EUR 0.40 kull 100 NT

    EUR 0.15 kull 100 NT

    Aktar minn 25 000 NT

    Aktar minn 25 000 NT

    Aktar minn 25 000 NT

    Aktar minn 25 000 NT

    Aktar minn 25 000 NT

    10 ISK (EUR 0,06) kull 100 NT

    EUR 0.30 kull 100 NT

    EUR 0.27 kull 100 NT

    EUR 0.20 kull 100 NT

    EUR 0.07 kull 100 NT

    Il-valuri ngħataw għal kull ġurnata.

    Kif jidher fit-tabella ta' hawn fuq, l-iskema Iżlandiża topera ma’ bażi ta' taxxa konsiderevolment aktar baxxa minn dik fl-erba’ Stati l-oħra taż-ŻEE (26).

    Il-Kummissjoni aċċettat rati aktar baxxi tat-taxxa biss f’ċirkostanzi speċifiċi ħafna (27). L-awtoritajiet Iżlandiżi ma pprovdew lill-Awtorità bl-ebda informazzjoni dwar l-eżistenza ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' rati aktar baxxi.

    L-Awtorità tqis li l-livell tal-bażi tat-taxxa Iżlandiża mhijiex konformi mar-rati applikabbli fl-Istati l-oħrajn taż-ŻEE billi hija konsiderevolment aktar baxxa u mhijiex skont it-Taqsima 3.1(18) tal-Linji Gwida Marittimi.

    3.2.2.    Il-perjodu li waqtu sid il-bastiment għandu jibqa’ fil-parametri tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

    Il-perjodu li waqtu sid il-bastiment għandu jibqa’ fil-parametri tal-iskema Iżlandiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ huwa ta' tliet snin.

    L-Awtorità diġà hija tal-fehma li għandu jiġi applikat perjodu ta' għaxar snin fl-Istati tal-EFTA (28).

    L-approċċ tal-Awtorità huwa konformi ma’ dak tal-Kummissjoni. It-tul ta' żmien minimu ta' dak il-perjodu f’sistemi oħrajn ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ mħaddma fl-UE huwa għaxar snin. Il-Kummissjoni tenfasizza li jekk tippermetti kriterji differenti fir-rigward ta' skemi diverġenti ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, hemm riskju li jinħolqu żvantaġġi inġusti u li jista' jkun hemm kompetizzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell ta' skemi ta' taxxi fuq it-tunnellaġġ. Konsegwentement, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar skema ta' taxxa Pollakka li kienet tippermetti tul ta' żmien minimu ta' ħames snin, u wriet li dan jista' jwassal għal diverġenza dannuża bejn sistemi ta' taxxi fuq it-tunnellaġġ billi s-sistema ta' taxxa Pollakka tkun tidher aktar attraenti u twassal għal bdil ta' bandieri fil-Komunità (29).

    L-Awtorità tikkunsidra li dan l-aspett tal-iskema nnotifikata mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 61 taż-ŻEE.

    3.2.3.    Trattament ta' kumpaniji ta' ġestjoni ta' bastimenti

    Fid-Deċiżjoni tagħha Nru 755/08/COL, l-Awtorità indikat li kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-iskema nnotifikata mal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tat-trattament ta' kumpaniji ta' ġestjoni ta' bastimenti.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi ma pprovdew lill-Awtorità l-ebda informazzjoni li tneħħi dan id-dubju.

    Fid-dawl tal-aspetti ta' hawn fuq fir-rigward tal-inkompatibbiltà tal-iskema nnotifikata mal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ma tqisx li huwa meħtieġ li ssir analiżi fid-dettall tad-dubju li tqajjem fid-Deċiżjoni Nru 721/07/COL dwar il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' bastimenti.

    3.3.   KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ISKEMA TA' RIFUŻJONI TAL-BAĦĦARA

    3.3.1.    Servizzi skedati tal-passiġġieri bejn portijiet taż-ŻEE: għandha biss tingħata għajnuna għall-impjegar ta' baħħara taż-ŻEE

    Skont it-Taqsima 3.2(2) tal-Linji Gwida Marittimi, jista' jingħata appoġġ fis-sura ta' rati mnaqqsa ta' kontribuzzjonijiet għall-ħarsien soċjali tal-baħħara taż-ŻEE impjegati abbord bastimenti rreġistrati fi Stat taż-ŻEE kif ukoll rati mnaqqsa ta' taxxa fuq l-introjtu għall-Baħħara taż-ŻEE abbord bastimenti rreġistrati fi Stat taż-ŻEE. L-awtoritajiet Iżlandiżi nnotifikaw appoġġ tal-kontribuzzjonijiet tal-baħħar li 90 % minnhom jistgħu jitħallsu lura lil sid il-bastiment.

    Skont it-Taqsima 3.2(2) tal-Linji Gwida Marittimi, il-baħħara taż-ŻEE huma ddefiniti bħala:

    ċittadini tal-Istati taż-ŻEE fil-każ ta' baħħara li jaħdmu abbord bastimenti (inklużi l-laneċ ro-ro) li jipprovdu servizzi regolari ta' trasport għall-passiġġieri bejn portijiet taż-ŻEE,

    il-baħħara kollha li huma obbligati għal tassazzjoni fi Stat taż-ŻEE fil-każi l-oħra kollha.

    L-awtoritajiet tal-Iżlanda ma ressqux definizzjoni bil-miktub tal-kunċett ta' baħħar f’Att leġiżlattiv jew amministrattiv, iżda kkonfermaw li la ċ-ċittadinanza u lanqas ir-residenza mhuma rekwiżiti. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jibbenefikaw ukoll mill-iskema. Fid-Deċiżjoni Nru 721/07/COL l-Awtorità kienet indikat li skont it-Taqsima 3.2(2) tal-Linji Gwida Marittimi, għal servizzi tal-passiġġieri bejn portijiet taż-ŻEE, l-għajnuna għandha tingħata biss għall-impjegar ta' baħħara miż-ŻEE.

    L-awtoritajiet Iżlandiżi ma pprovdew lill-Awtorità l-ebda informazzjoni li tikkontradixxi l-valutazzjoni tagħha.

    Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni li ngħatat lilha, l-Awtorità tqis li dan l-aspett tal-iskema mhuwiex konformi mal-Ftehim taż-ŻEE.

    4.   KONKLUŻJONI

    Abbażi tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-iskema f’rabta mat-trasport marittimu fis-sura ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-iskema ta' rifużjoni għall-impjegar ta' baħħara hija inkompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.

    L-Awtorità tifhem li, minkejja l-fatt li dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni fih innifsu kien il-kawża tal-obbligu ta' notifika msemmi aktar ’il fuq, ma saru l-ebda pagamenti taħt il-miżuri suġġetti għal investigazzjoni formali u għalhekk ma se tkun meħtieġa l-ebda dispożizzjoni ta' rkupru.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iskema f’rabta mat-trasport marittimu fis-sura ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-iskema ta' rifużjoni għall-impjegar ta' baħħara hija inkompatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    Artikolu 2

    L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jinfurmaw lill-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA, fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri li jittieħdu biex ikunu konformi magħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Iżlanda.

    Artikolu 4

    Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

    Per SANDERUD

    President

    Kristján A. STEFÁNSSON

    Membru tal-Kulleġġ


    (1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

    (2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

    (3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

    (4)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

    (5)  Il-Linji Gwida għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU L 231 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994 p. 1. Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fil-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

    (6)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida Marittimi.

    (7)  Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju ppubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006 p. 37 u s-Suppliment Nru 26, 25.5.2006 p. 1 kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 319/05/COL tal-14 ta' Diċembru 2005 ppubblikata fil-ĠU C 286, 23.11.2006 p. 9 u s-Suppliment taż-ŻEE Bru 57, 23.11.2006 p. 31.

    (8)  Ippubblikata fil-ĠU C 96 tas-17.4.2008, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20 tas-17.4.2008, p. 17.

    (9)  Għal aktar informazzjoni ddettaljata dwar korrispondenza diversa bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Islandiżi, qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Awtorità li jingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali, id-Deċiżjoni Nru 721/07/COL, ippubblikata fil-ĠU C 93 17.4.2008 p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 17.4.2008, p. 17.

    (10)  Ara n-nota tal-qiegħ Nru 8 għar-referenza tal-ĠU.

    (11)  Diġà hemm Reġistru tal-bastimenti Iżlandiż li jkopri dgħajjes tas-sajd, dgħajjes tal-qlugħ, dgħajjes tal-ġarr, eċċ. li mhux ser ikun sostitwit mill-IIS li ġie introdott l-aħħar. Iż-żewġ reġistri ser japplikaw b’mod parallel.

    (12)  L-awtoritajiet Iżlandiżi indikaw li l-Gvern Iżlandiż ressaq abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament li kellu jippostponi d-dħul fis-seħħ tal-Att Nru 38/2007 sal-1 ta' Jannar 2009. L-abbozz tressaq quddiem il-Parlament fit-28 ta' Novembru 2007 u ġie diskuss fl-4 ta' Diċembru 2007. Ma ntlaħaqx ftehim fuq l-abbozz u konsegwentement qatt ma tressaq għat-tieni qari fil-Parlament. Għaldaqstant kemm l-Att Nru 86/2007 u 38/2007 daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

    (13)  Fil-waqt tan-notifika tal-iskema r-rata tat-taxxa korporattiva kienet ta' 18 %. Din ir-rata nbidlet għal 15 % mill-Att tas-7 ta' Ġunju 2007 (“Lög um breyting á lögum nr. 90/2003, um tekjuskatt, með síðari breytingum, og lögum nr. 86/2007, um skattlagningu kaupskipaútgerðar”).

    (14)  Għal analiżi aktar iddettaljata tat-tħassib identifikat mill-Awtorità, ara d-Deċiżjoni Nru 721/07/COL, Taqsima 3.

    (15)  Il-kawża 156/98 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 26.

    (16)  Ara, fost l-oħrajn it-Taqsima 3(3) tal-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fuq miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta fuq in-negozju.

    (17)  Il-kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, il-paragrafu 33.

    (18)  Fejn hemm fis-seħħ ftehimiet dwar tassazzjoni doppja, id-dritt tat-taxxa normalment jingħata lill-Istat fejn tinsab il-ġestjoni effettiva tal-kumpanija, inkluż għal dawk l-operazzjonijiet li jseħħu fi Stati oħra taż-ŻEE permezz ta' fergħa, eċċ. Għaldaqstant, fl-eżempju ta' hawn fuq, it-tassazzjoni ta' kumpanija li hija stabbilita b’mod permanenti fl-Iżlanda sseħħ fl-Iżlanda, anke għall-introjtu ġġenerat ’il barra mit-territorju Iżlandiż. Madanakollu huma biss il-profitti minn bastimenti rreġistrati fir-Reġistru Iżlandiż tal-Bastimenti Internazzjonali li jkunu suġġetti għas-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Il-profitti mill-operati tal-bastiment l-ieħor jkunu ntaxxati skont l-iskema normali tat-taxxa tal-kumpaniji. L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw din il-komprensjoni.

    (19)  Il-Kawża E-6/98, Il-Gvern tan-Norveġja v L-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA [1999] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, paġ. 74, para 34; Il-Kawża E-1/04 Fokus Bank [2004] Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 11, paragrafu 20.

    (20)  Ara pereżempju, il-Kawża C-270/83 Il-Kummissjoni v Franza [1986] ECR 273, paragrafu 13, u l-Kawża C-311/97 Royal Bank of Scotland [1999] Ġabra-2651, paragrafu 22.

    (21)  Il-Kawża C-471/04 Keller Holding [2006] Ġabra I-2017, paragrafu 49.

    (22)  Il-Kawża 270/83, Il-Kummissjoni v Franza [1986] Ġabra 273, paragrafu 13; Il-Kawża C-311/97 Royal Bank of Scotland imsemmi aktar ’il fuq, paragrafi 23-31; u l-Kawża C-253/03, CLT-UFA SA [2006] Ġabra I-1831, paragrafi 14-17.

    (23)  Il-Kawża C-221/89 Factortame Ltd. And others [1991] Ġabra I-3905, paragrafi 22-23.

    (24)  Kif kien il-każ fid-Deċiżjoni Nru 755/08/COL tat-3 ta' Diċembru 2008 fejn l-iskema pprovdiet li r-rekwiżit meħtieġ kien rabta mal-bandiera ta' wieħed fill-Istati taż-ŻEE.

    (*)  Fin-Norveġja, ma jiġi kkalkolat l-ebda profitt kunċettwali. It-taxxa fuq it-tunnellaġġ hija kkalkolata direttament permezz ta' multiplikazzjoni tar-rati tat-taxxa mat-tunnellaġġ attwali. Ir-rati għall-Iżlanda, id-Danimarka, il-Litwanja u l-Italja huma rati ta' profitti kunċettwali li tiġi applikata fuqhom it-taxxa korporattiva standard domestika. Għaldaqstant, minkejja l-fatt li r-rati fin-Norveġja u fl-Iżlanda jistgħu jidhru qrib xulxin, huma jwasslu għal livell differenti ħafna ta' taxxa li tiġi mħallsa effettivament minn sid il-bastiment. Għalhekk, bħala eżempju, sid ta' bastiment b’tunnellaġġ ta' 30 000 NT jħallas taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' madwar EUR 46 fin-Norveġja u ta' madwar EUR 7 fl-Iżlanda (25).

    (25)  Ara wkoll id-deċiżjoni tal-Awtorità dwar l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tan-Norveġja, id-Deċiżjoni Nru 755/08/COL tat-3 ta' Diċembru 2008.

    (26)  Ir-rati msemmija huma dawk fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni; huma jirreflettu l-valuti attwali. Madanakollu, l-Awtorità tikkunsidra li anke qabel ma l-kriżi finanzjarja ħalliet impatt fuq il-króna Iżlandiża, il-livell tal-bażi ta' taxxa Iżlandiża ma kienx konformi tar-rati applikabbli fl-Istati taż-ŻEE, ara d-Deċiżjoni Nru 721/07/COL.

    (27)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/417/KE tat-30 ta' Ġunju 2004 dwar sensiela ta' miżuri tat-taxxa li l-Belġju qiegħed jippjana li jimplementa għat-trasport marittimu, ĠU L 150, 10.6.2005, p. 1. L-awtoritajiet Belġjani riedu joffru r-rati tat-taxxa aktar baxxi għal bastimenti akbar li kienu ser jingħataw bandiera ġdida. Fil-każ tal-Belġju kien hemm rata mnaqqsa għas-saff ta' dawk ta' aktar minn 40 000 tunnellata, li ġiet approvata sakemm il-bastiment ikun ġdid jew qabel kien irreġistrat taħt il-bandiera ta' pajjiż terz matul il-ħames snin ta' qabel id-dħul tiegħu fis-sistema Belġjana. It-tħassib tal-Kummissjoni dwar din id-differenza fil-bażi tat-taxxa kienet li bażi tat-taxxa baxxa twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jekk tinkoraġġixxi lil sidien ta' bastimenti mhux Belġjani li jittrasferixxu l-bastimenti tagħhom minn reġistru Komunitarju lejn ir-reġistru Belġjan.

    (28)  Ara d-Deċiżjoni Nru 755/08/COL tat-3 ta' Diċembru dwar in-notifika ta' emendi għas-sistema Norveġiża ta' taxxa speċjali għat-trasport marittimu.

    (29)  Id-Deċiżjoni N 93/2006 – Il-Polonja.


    Top