This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2008P0003
Action brought on 21 February 2008 by the EFTA Surveillance Authority against the Republic of Iceland (Case E-3/08)
Azzjoni meħuda fil- 21 ta' Frar 2008 mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA kontra r-Repubblika ta' l-Iżlanda (Kawża E-3/08)
Azzjoni meħuda fil- 21 ta' Frar 2008 mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA kontra r-Repubblika ta' l-Iżlanda (Kawża E-3/08)
ĠU C 113, 8.5.2008, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 113/19 |
Azzjoni meħuda fil-21 ta' Frar 2008 mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA kontra r-Repubblika ta' l-Iżlanda
(Kawża E-3/08)
(2008/C 113/16)
Azzjoni kontra ir-Repubblika ta' l-Iżlanda ġiet imressqa quddiem il-Qorti ta' l-EFTA fil-21 ta' Frar 2008 mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA, irrapreżentata minn Niels Fenger u Florence Simonetti, bħala aġenti.
L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA talbet lill-Qorti ta' l-EFTA tiddikjara li:
(1) |
Billi naqset milli taddotta l-miżuri neċessarji sabiex tagħmel l-Att b'riferiment għall-punt 12u tal-Kapitolu XV fl-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokol 1, parti mill-ordni interna tagħha fiż-żmien stipulat, ir-Repubblika ta' l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 7 ŻEE, u |
(2) |
Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda ġiet ordnata tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba:
— |
Il-każ preżenti jikkonċerna Regolament tal-KE dwar id-deterġenti. |
— |
Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE jgħid li: “L-Atti li għalihom hemm riferiment jew qegħdin fl-Annessi tal-Ftehim jew f'deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEEjikunu jorbtu lill-Partijiet Kontraenti, u jkunu, jew isiru magħmula parti mill-ordni legali intern kif ġej:
|
— |
L-Awtorità ta' Sorveljaza EFTA ssostni li l-Gvern ta' l-Iżlanda naqas milli jagħmel ir-regolament parti mill-ordni intern legali fiż-żmien stipulat. |