Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2008C0302

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 302/08/COL tal- 21 ta’ Mejju 2008 dwar l-istatus tan-Norveġja rigward in-nekrożi ematopojetika infettiva u s-settiċemija emorraġika virali u li twaqqa’ d-Deċiżjoni Nru 71/94/COL tas- 27 ta’ Ġunju 1994 tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 244/02/COL tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tal- 11 ta’ Diċembru 2002

ĠU L 41, 12.2.2009, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/07/2012; Imħassar b' E2012C0264

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/302(2)/oj

12.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/32


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 302/08/COL

tal-21 ta’ Mejju 2008

dwar l-istatus tan-Norveġja rigward in-nekrożi ematopojetika infettiva u s-settiċemija emorraġika virali u li twaqqa’ d-Deċiżjoni Nru 71/94/COL tas-27 ta’ Ġunju 1994 tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 244/02/COL tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tal-11 ta’ Diċembru 2002

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA tal-EFTA

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 4.1.5 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/ŻEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jreġu it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti tal-akwakultura, hekk kif adottat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, b’mod partikolari l-Artikolu 5 ta’ dak l-Att,

BILLI n-Norveġja, permezz ta’ ittra ddatata 3 ta’ Mejju 1994, issottomettiet il-ġustifikazzjonijiet meħtieġa biex jingħata, safejn għandhom x’jaqsmu in-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) u s-settiċemija emorragika virali (VHS), l-istatus ta’ żona approvata lit-territorju tagħha, kif ukoll ir-regoli li jassiguraw l-osservanza tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu rispettati biex jinżamm l-istatus approvat,

BILLI n-Norveġja, permezz tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 71/94/COL tas-27 ta’ Ġunju 1994, ġiet rikonoxxuta bħala żona kontinentali u kostali għall-ħut rigward l-IHN u l-VHS,

BILLI l-Awtorità, permezz tad-Deċiżjoni Nru 220/96/COL tal-4 ta’ Diċembru 1996, Nru 159/98/COL tal-25 ta’ Ġunju 1998 u Nru 244/02/COL tal-11 ta’ Diċembru 2002, emendat id-Deċiżjoni Nru 71/94/COL tas-27 ta’ Ġunju 1994,

BILLI, permezz tad-Deċiżjoni Nru 71/94/COL kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 244/02/COL tal-11 ta’ Diċembru 2002, kien stabbilit li partijiet min-Norveġja li hemm referenza għalihom fl-Anness għad-Deċiżjoni kienu rikonoxxuti bħala żona kontinentali approvata u bħala żona kostali approvata għall-ħut rigward l-IHN u l-VHS,

BILLI fis-26 ta’ Novembru 2007 kien ikkonfermat li faqqgħet il-VHS fil-provinċja ta’ Møre og Romsdal fin-Norveġja,

BILLI l-awtorità kompetenti fin-Norveġja infurmat lill-Awtorità dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi eliminata l-marda u trażżan il-firxa tagħha,

BILLI, l-Awtorità ikkunsidrat l-informazzjoni ppreżentata lilha mill-awtorità kompetenti fin-Norveġja,

BILLI jidher, f’dan l-istadju, li ttieħdu l-passi meħtieġa,

BILLI l-Awtorità iddiskutiet il-kwistjoni mal-Kummissjoni Ewropea,

BILLI ma saru ebda tibdiliet fin-Norveġja rigward l-IHN,

BILLI hija l-opinjoni tal-Awtorità li n-Norveġja, minbarra ż-Żoni li hemm riferenza għalihom fl-Anness, għandha tibqa’ kkunsidrata bħala żona kontinentali approvata u żona kostali approvata għall-ħut rigward l-IHN u l-VHS,

BILLI l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

(1)

In-Norveġja, minbarra ż-żoni li hemm riferenza għalihom fl-Anness, hija rikonoxxuta bħala Żona kontientali approvata u bħala żona kostali approvata għall-ħut rigward l-IHN u l-VHS.

(2)

Id-Deċiżjoni 71/94/COL tal-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA tas-27 ta’ Ġunju 1994 rigward l-istatus tan-Norveġja għal dak li għandu x’jaqsam man-nekrożi ematopojetika u s-settiċemija emorragika virali, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 244/02/COL tal-11 ta’ Diċembru 2002, hija b’dan revokata.

(3)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2008.

(4)

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmula fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2008.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


ANNESS

IHN

In-Norveġja, minbarra dik il-parti tan-Norveġja li tinkorpora l-inħawi ta’ Grense Jacobselv u x-xmara Pasvik u x-xmajjar ta’ bejniethom u r-reġjun kostali ta’ magħhom.

VHS

In-Norveġja, minbarra:

1.

Dik il-parti tan-Norveġja li tinkorpora l-inħawi ta’ Grense Jacobselv u x-xmara Pasvik u x-xmajjar ta’ bejniethom u r-reġjun kostali ta’ magħhom.

2.

Iż-żoni kostali tad-distretti ta’ Stranda u Norddal bil-konfini:

Il-Lvant tal-linja bejn il-moll tal-laneċ Linge fit-Tramuntana ta’ Norddalsfjorden u Svarthammaren;

Il-Majjistral tal-linja bejn Urda fil-Lvant ta’ Stofjorden u Øygardsnakken fuq in-naħa tal-Punent ta’ Storfjorden;

In-Nofsinhar tal-linja bejn Dukevika fuq in-naħa tal-Punent ta’ Synnulvsfjorden u sal-ponta li qiegħda fil-Fjord kilometru lejn it-Tramuntana tar-razzett abbandunat Smoge fuq in-naħa tal-Lvant ta’ Synnulvsfjorden.


Top