EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2004C0054

54/2004/COL: Rakkomandazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta' l-EFTA Nru 54/04/COL tat- 30 ta’ Marzu 2004 dwar programm koordinat għall-kontroll uffiċjali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel għall-2004

ĠU L 260, 6.10.2005, p. 12–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 415–423 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2004/54/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

415


RAKKOMANDAZZJONI MILL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA' L-EFTA

Nru 54/04/COL

tat-30 ta’ Marzu 2004

dwar programm koordinat għall-kontroll uffiċjali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel għall-2004

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u b’mod partikolari l-Artikolu 109 u l-ewwel Protokoll tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, u b' mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u l-ewwel Protokoll tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt nru. 50 ta’ Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel) (1), kif ġie adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' l-ewwel Protokoll tiegħu, u b' mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar l-Affarijiet ta' l-Ikel ta' l-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta' l-EFTA,

Billi:

(1)

Huwa neċessarju, biex tiffunzjona tajjeb iż-Żona Ekonomika Ewropea, li jsiru arranġamenti għal programmi koordinati għall-ispezzjoni ta' l-ikel fi ħdan iż-ŻEE mfassla biex titjieb l-implimentazzjoni armonizzata għall-kontrolli uffiċjali mill-Istati taż-ŻEE.

(2)

Programmi bħal dawn għandhom jagħmlu enfasi fuq il-konformità mal-leġislazzjoni ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel fis-seħħ taħt il-Ftehim taż-ŻEE, li huwa mfassal b’ mod partikolari sabiex jipproteġi s-saħħa pubblika u l-interessi tal-konsumatur, u sabiex jiżgura prattiċi ġusti fil-kummerċ.

(3)

L-Artikolu 3 ta’ l-Att imsemmi fil-punt 54n tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta' Ottubru, 1993 dwar il-miżuri addizzjonali għal kontroll uffiċjali fuq affarijiet ta' l-ikel) (2) jitlob illi l-laboratorji msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/397/KEE jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fis-serje Standard Ewropew EN 45000, li issa ġew mibdula għal EN ISO 17025:2000.

(4)

Ir-riżultati mill-implimentazzjoni simultanja ta’ programmi nazzjonali u programmi koordinati jistgħu jagħtu tagħrif u esperjenza li fuqhom jistgħu jkunu bbażati ħidmiet ta’ kontroll u leġislazzjoni fil-ġejjieni.

(5)

Il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżlanda u l-Liechtenstein fil-programmi f'partijiet A u B ta’ l-iskop ta’ din ir-Rakkomandazzjoni se jkollha bżonn tiġi evalwata b’rispett għall-eżenzjonijiet tagħhom mill-ewwel Kapitolu ta' Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE.

TIRRAKKOMANDA B' DAN LILL-ISTATI TA' L-EFTA BIEX:

1.   Matul l-2004, jitwettqu spezzjonijiet u kontrolli li jinkludu, fejn ikun indikat, it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ dawn il-kampjuni fil-laboratorji, bil-għan illi:

jeżaminaw is-sigurtà batterjoloġika tal-ġobnijiet magħmulin mill-ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana;

jeżaminaw is-sigurtà batterjoloġika tal-laħam tat-tjur frisk u imkessaħ f’dak li jirrigwardja t-termofiliku Campylobacter;

jeżaminaw is-sigurtà batterjoloġika u tossikoloġika tal-ħwawar.

2.   Għalkemm ir-rati tat-teħid ta' kampjuni u/jew ta’ l-ispezzjoni m’humiex stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni, biex jiżguraw illi dawk ir-rati huma biżżejjed sabiex jipprovdu ħarsa ġenerali lejn is-suġġett li qed jiġi kkunsidrat.

3.   Sabiex jipprovdu tagħrif kif ġie mitlub skond il-format tal-karti ta' reġistrazzjoni stipulati fl-Annessi biex jgħinu ħalli titjieb il-komparabbiltà tar-riżultati. Dan it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2005 flimkien ma’ rapport ta’ spjega li għandu jinkludi kummenti dwar ir-riżultati u dwar il-miżuri ta’ infurzar li ttieħdu.

4.   L-affarijiet ta’ l-ikel li se jkunu analizzati taħt dan il-programm għandhom ikunu ppreżentati lil-laboratorji li jkunu konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/99/KEE. Madankollu, jekk dawn il-laboratorji għal analiżi partikolari inklużi f'din ir-Rakkomandazzjoni ma jeżistux fl-Istati EFTA, l-Istati jistgħu jinnominaw laboratorji oħrajn li għandhom il-kapacità li jwettqu dawn l-analiżi.

L-ISKOP U L-MEZZI

A.   Is-sigurtà batterjoloġika ta’ ġobnijiet magħmulin mill-ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana;

1.   L-iskop tal-programm

Ġobnijiet kontaminati magħmulin mill-ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana kienu responsabbli għall-tifqigħat ta’ avvelenament bl-ikel fil-bnedmin permezz ta’ bosta tipi ta’ batterji bħal m’huma s-Salmonella, il-Listeria monocytogenes, il-verotossigeniku l-Escherichia coli u l-enterotossini Staphylococcal.

Tradizzjoni twila ta’ produzzjoni u konsum ta’ ġobnijiet magħmulin minn ħalib mhux ipproċessat tezisti fiż-ZEE. Sabiex din it-tradizzjoni tkompli iżda fl-istess ħin tiżgura s-sigurtà ta' l-ikel, sar titjib kunsiderevoli fis-sistema ta’ produzzjoni, ġbir u ħażna ta’ ħalib mhux ipproċessat li jintuża għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet. Attenzjoni partikolari għall-iġjene u l-kontroll tingħata mill-operaturi ta’ l-ikel ikkonċernati matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.

L-għan ta’ dan l-element tal-programm huwa sabiex jinvestiga s-sigurtà mikrobijoloġika ta’ ġobnijiet magħmulin mill-ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana, sabiex irawwem livell ogħli ta’ ħarsien għall-konsumatur u biex jiġbor tagħrif dwar il-prevalenza ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi u dawk indikaturi f’dawk il-prodotti. Din l-investigazzjoni tikkonċerna programm ta’ sena u għandha tkun segwita, matul it-tieni sena, minn programm aktar wiesa' dwar is-sigurtà batterjologika tal-ġobnijiet. L-għan ta’ dan il-programm aktar wiesa’ huwa li jwaqqaf il-linja-bażi ta’ kontaminazzjoni f’kategoriji oħra ta’ ġobnijiet, sabiex wieħed ikun jista’ jasal għal konklużjonijiet serji dwar ir-riskju speċifiku ta’ ġobnijiet magħmulin mill-ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana. Ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet ta’ din il-parti dwar ġobnijiet magħmulin minn ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana se jkunu analizzati u pprovduti b’kunsiderazzjoni lejn ir-riżultati tal-ħarsa ġenerali f’dan il-qasam li se jkunu disponibbli wara t-tieni sena.

2.   It-teħid ta' kampjuni u l-metodu ta’ l-analiżi

L-investigazzjonijiet għandhom jikkonċernaw ġobnijiet li huma friski, rotob u nofshom ibsin magħmulin mill-ħalib mhux ipproċessat jew ħalib ipproċċessat bis-sħana. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati EFTA għandhom jieħdu l-kampjuni rappreżentattivi ta’ dawn il-prodotti, bejn fuq livell ta’ produzzjoni kif ukoll fuq livell ta’ bejgħ bl-imnut, flimkien ma’ prodotti importati, bil-ħsieb illi dawn ikunu eżaminati għall-preżenza tas-Salmonella, il-Listeria monocytogenes u t-termofiliku Campylobacter u n-numerazzjoni ta’ Staphylococcus aureus u Escherichia coli. Jekk tinstab il-Listeria monocytogenes, in-numru ta’ dawn il-batterji għandhom jingħaddu. Meta l-kampjuni jittieħdu fuq livell ta’ bejgħ bl-imnut, it-testijiet jistgħu jkunu limitati għall-preżenza tas-Salmonella u t-termofiliku Campylobacter u n-numerazzjoni tal-Listeria monocytogenes. Il-kampjuni, ta’ l-ammont minimu ta’ 100g kull wieħed jew ta’ ġobna waħda jekk tkun inqas minn 100g, għandhom ikunu ttrattati b’mod iġjeniku, jitqiegħdu f’kontenituri mkessħa u mibgħuta immedjatament lill-laboratorju għall-analiżi.

Il-laboratorji għandhom jitħallew jagħmlu użu mill-mezz ta’ l-għażla tagħhom basta l-livell ta’ prestazzjoni jaqbel ma’ l-għan li għandu jinkiseb. Madankollu, il-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard ISO 6785 jew EN/ISO 6579 hija rakkomandata għas-sejba tas-Salmonella, il-verżjonijiet l-aktar riċenti ta’ l-istandard EN/ISO 11290-1 u 2 huma rakkomandati għas-sejba tal-Listeria monocytogenes, l-aktar verżjoni riċenti ta’ l-ISO 10272:1995 hija rakkomandata għas-sejba tat-termofiliku Campylobacter, l-aktar verżjoni riċenti ta’ l-EN/ISO 6888-1 jew 2 hija rakkomandata għan-numerazzjoni tas-Staphylococcus aureus u l-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard ISO 1866-2,3 jew ISO 16649-1,2 hija rakkomandata għan-numerazzjoni ta’ l-Escherichia coli. Mezzi addizzjonali ekwivalenti rikonoxxuti minn awtoritajiet kompetenti jistgħu jintużaw ukoll.

Il-livell ġenerali tat-teħid tal-kampjuni għandu jitħalla għall-ġudizzju tal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

Ir-riżultati tal-kontrolli għandhom jitniżżlu fuq il-formola ta’ reġistrazzjoni mudell imfassla fl-Anness I.

B.   Is-sigurtà batterjoloġika tal-laħam tat-tjur frisk u mkessaħ f’dak li jirrigwardja t- termofiliku Campylobacter

1.   L-għan tal-programm

It-termofiliku Campylobacter huma kawża ewlenija batterjoloġika ta’ mard fil-bnedmin li għandu x’jaqsam ma’ l-ikel. In-numru ta’ każijiet rappurtati f’bnedmin qiegħed jikber matul dawn l-aħħar snin u l-istudji epidemjoloġiċi juru illi l-laħam tat-tjur huwa sors importanti ta’ infezzjoni u li proporzjon sinifikattiv ta’ laħam tat-tjur għall-konsum mill-bniedem huwa kkontaminat minn dawn il-batterji.

Bħalissa m’hemmx biżżejjed tagħrif xjentifiku sabiex infasslu kriterju fil-leġislazzjoni eżistenti taħt il-Ftehim taż-ŻEE għal Campylobacter u hemm aktar studji taħt żvilupp sabiex nifhmu aktar l-epidemoloġija ta’ din il-patoġena u r-rwol li għandhom il-prodotti annimali u l-ikel ieħor ġenerali.

L-għan ta’ dan l-element tal-programm huwa li jinvestiga s-sigurtà microbioloġika tal-laħam frisk tat-tjur għall-Campylobacter, sabiex irawwem livell ogħli ta’ ħarsien għall-konsumatur u sabiex jinġabar tagħrif dwar il-prevalanza ta’ dawn il-batterji f’ prodotti bħal dawn.

2.   It-teħid ta' kampjuni u l-metodu ta’ analiżi

L-investigazzjonijiet għandhom jikkonċernaw il-laħam frisk tat-tjur imkessaħ, b’mod partikolari t-tiġieġ u d-dundjan. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA għandhom jieħdu kampjuni rappreżentattivi ta’ dawn il-prodotti, sew fuq livell ta’ biċċerija u kif ukoll fuq livell tal-bejgħ bl-imnut, u wkoll ta’ prodotti importati, bil-għan illi jkunu eżaminati għall-preżenza tat-termofiliku Campylobacter. Il-kampjuni, ta' 10g kull wieħed meħuda mill-ġilda ta' l-għonq qabel il-karkassi huma mkessħin jew, meta l-kampjuni jittieħdu fuq livell tal-bejgħ ta' l-imnut, 25g jew 25 ċentimetri kwadri mill-laħam tas-sider, għandu jkun trattat b’mod iġjeniku, mqiegħed f’kontenituri mkessħa u mibgħuta immedjatament lill-laboratorju għal analiżi. Barra minn hekk, għal aħjar tqabbil ta’ riżultati, huwa rakkomandat li t-teħid ta’ kampjuni jsir matul il-perjodu minn Mejju sa Ottubru.

Il-laboratorji għandhom jitħallew jagħmlu użu mill-mezz ta’ l-għażla tagħhom basta l-livell ta’ prestazzjoni jaqbel ma’ l-għan li għandu jinkiseb. Madankollu, il-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard ISO 10272:1995 hija rakkomandata għas-sejba tat-termofiliku Campylobacter. Mezzi addizzjonali ekwivalenti mgħarrfa minn awtoritajiet kompetenti jistgħu jintużaw ukoll.

Il-livell ġenerali tat-teħid tal-kampjuni għandu jitħalla għall-ġudizzju tal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli għandhom ikunu rikordati fuq il-mudel ta’ folju ta’ reġistrazzjoni mfassal fl-Anness II.

C.   Is-sigurtà batterjoloġika u tossikologika tal-ħwawar

1.   L-iskop tal-programm

Il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar tal-ħaxix għandhom valur minħabba t-togħmiet, il-kuluri u l-aromi distinti tagħhom. Madankollu, il-ħwawar jistgħu jkollhom numru kbir ta’ mikro-organiżmi, li jinkludu batterji patoġeniċi, il-moffa u l-ħmira. Jekk ma jkunux ittratti b’mod għaqli, dawn jistgħu jirriżultaw fit-taħsir rapidu ta’ l-ikel li huma suppost qegħdin itejbu. Il-ħwawar sikwit kienu rrappurtati bħali s-sorsi prinċipali ta' tifqigħat ġejjin mill-ikel meta ġew miżjuda ma’ ikel fejn aktar tkabbir tal-patoġeni kien possibbli. Din il-possibiltà hija akbar meta l-ħwawar jintużaw fl-ikel li seta’ ma kienx ittrattat sew bis-sħana. Din il-kontaminazzjoni li għandha ċerti varjanti ta’ moffa tista’ wkoll tirriżulta fil-produzzjoni ta’ tossini, bħal per eżempju aflatossini li, jekk jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Att li ssir referenza għalih f’punt 54zn tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II mal-Ftehim taż-ŻEE (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No. 466/2001 tat-8 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-affarijiet ta’ l-ikel) (3) jistgħu jipprovokaw riskji serji għas-saħħa tal-konsumaturi.

L-għanijiet ta’ dan l-element tal-programm huma li tiġi eżaminata s-sigurtà batterjoloġika u tossikoloġika tal-ħwawar, sabiex jinġabar tagħrif dwar il-prevalenza tal-mikro-organiżmi patoġeniċi u jkun aċċertat li l-ħwawar li joħorġu fis-suq ma jaqbżux il-limiti ta’ aflatossini stabbiliti fil-leġislazzjoni eżistenti taħt il-Ftehim taż-ŻEE, sabiex jiġi żgurat livell ogħli ta’ ħarsien għall-konsumatur.

2.   It-teħid ta' kampjuni u l-metodu ta’ analiżi

L-awtoritajiet. kompetenti ta’ l-Istati EFTA għandhom jieħdu l-kampjuni rappreżentattivi ta’ ħwawar fuq livell ta’ importazzjoni, fuq livell ta’ produzzjoni/stabbilimenti ta’ ppkajjar, fuq livell bl-ingrossa, fi stabbilimenti fejn jintużaw il-ħwawar għat-tħejjija ta’ l-ikel u fuq livell ta’ bejgħ bl-imnut, bil-għan illi jeżaminaw għal:

(a)

L-ammont ta’ Enterobacteriaceae, il-preżenza tas-Salmonella u n-numerazzjoni tal- Bacillus cereus u l-Clostridium perfringen.

L-ammont ta’ Enterobacteriaceae jintuża bħala indikatur għall-irradjazzjoni jew trattamenti simili oħrajn għal ħwawar. Il-kampjuni, ta’ l-ammont minimu ta’ 100g kull wieħed jew pakkett wieħed jekk ikun inqas minn 100g, għandhom ikunu ttrattati b’mod iġjeniku, u mibgħuta immedjatament lill-laboratorju għall-analiżi. Il-laboratorji għandhom jitħallew jagħmlu użu mill-mezz ta’ l-għażla tagħhom basta l-livell ta’ prestazzjoni jaqbel ma’ l-għan li għandu jinkiseb. Madankollu, il-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard ISO 6579:2002 hija rakkomandata għas-sejba tas-Salmonella, il-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard EN/ISO 5552:1997 hija rakkomandata għan-numerazzjoni ta’ l-Enterobacteriaceae, il-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard ISO 7932:1993 hija rakkomandata għan-numerazzjoni tal-Bacillus cereus u l-verżjoni l-aktar riċenti ta’ l-istandard ISO 7937:1997 hija rakkomandata għan-numerazzjoni tal-Clostridium perfringens. Mezzi addizzjonali ekwivalenti mgħarrfa minn awtoritajiet kompetenti jistgħu jintużaw ukoll.

Il-livell ġenerali tat-teħid tal-kampjuni għandu jitħalla għall-ġudizzju tal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli għandhom jitniżżlu fuq il-formola ta’ reġistrazzjoni mudell imfassla fl-Anness III, Taqsima 1 u 2.

(b)

Il-livelli ta’ aflatossini fil-ħwawar, li m’għandhomx jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fil-leġislazzjoni fis-seħħ taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għandu jsir skond l-Att imsemmi fil-punt 54s tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għal Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE tas-16 ta' Lulju, 1998 li twaqqaf il-metodi għat-teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ ċerti kontaminanti fl-affarijiet ta’ l-ikel) (4). Skond dik id-Direttiva, id-daqs tal-kampjun għandu jkun bejn 1 u 10 kg, skond id-daqs tal-lott li għandu jkun ikkontrollat.

Il-livell ġenerali tat-teħid tal-kampjuni għandu jitħalla għall-ġudizzju tal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA.

Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli għandhom jitniżżlu fuq il-formola ta’ reġistrazzjoni mudell imfassla fl-Anness IV għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' Marzu 2004.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFT

Bernd HAMMERMANN

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 23.

(2)  ĠU L 290, 24.11.1993, p. 14. Direttivi kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 857/2005 (ĠU L 143, 7.6.2005, p. 9).

(4)  ĠU L 201,17.7.1998, p. 93. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/43/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 14).


ANNESS I

IS-SIGURTÀ BATTERJOLOĠIKA TAL-ĠOBNIJIET MAGĦMULA MINN ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT JEW ĦALIB IPPROĊĊESSAT BIS-SĦANA

L-Istat ta’ l-EFTA: _

Gruppi batterjali/kriterji (1)

Stadju ta’ teħid ta’ kampjuni

Identifikazzjoni tal-prodott

Numru ta' kampjuni

Riżultati ta’ l-analiżi (2)

Miżuri li ttieħdu

(numru u tip) (3)

S

A.

U

Salmonella spp.

n = 5 c = 0

Nieqsa f’25 g

Produzzjoni

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Termofiliku Campylobacter

n = 5 c = 0

Nieqes f’25g

Produzzjoni

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Staphylococcus aureus

n = 5 c = 2

m = 1 000  cfu/g

M = 10 000  cfu/g

Produzzjoni

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Escherichia coli

n = 5 c = 2

m = 10 000  cfu/g

M = 100 000  cfu/g

Produzzjoni

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

 

A.

P

≤ 100 cfu/g

> 100 cfu/g

 

Listeria monocytogenes

n = 5 c = 0

Nieqes f’25 g

Produzzjoni

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

ġobon (frisk) artab mhux misjur

 

 

 

 

 

ġobon artab misjur

 

 

 

 

 

ġobon mhux iebes ħafna

 

 

 

 

 


(1)  In-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu jista’ jitnaqqas meta t-teħid ta' kampjuni jsir fuq livell ta' bejgħ bl-imnut. Meta jittieħed numru iżgħar ta’ kampjuni, dan għandu jkun indikat fir-rapport.

(2)  S = Sodisfaċenti, A = Aċċettabbli, M = Mhux sodisfaċenti, N = Nieqes, P = Preżenti. Fejn għandhom x'jaqsmu s-Staphylococcus aureus u l-Escherichia coli, ir-riżultat ikun sodisfaċenti jekk il-valuri kollha osservati huma < m, aċċettabbli jekk il-massimu ta’ valuri “c” huma bejn “m” u “M”, u mhux sodisfaċenti jekk wieħed jew aktar mill-valuri huma > “M” jew aktar mill-valuri “c” li huma bejn “m” u “M”.

(3)  Għar-rappurtar ta’ miżuri ta’ infurzar, l-użu ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin huwa rakkomandat: twissija verbali, twissija bil-miktub, impożizzjoni ta’ rekwiżit ta' kontroll intern aħjar, irtirar tal-prodott konċernat, piena amministrattiva, azzjoni bil-qorti, oħrajn.


ANNESS II

IS-SIGURTÀ MIKROBIJOLOĠIKA TA’ LAĦAM TAT-TJUR FRISK (F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MAT-TERMOFILIKU CAMPYLOBACTER)

L-Istat ta' l-EFTA: _

Patoġeni batterjali/kriterji (1)

Stadju ta’ teħid ta’ kampjuni

Identifikazzjoni tal-prodott

Numru ta' kampjuni

Riżultati ta’ l-analiżi

Miżuri li ttieħdu

(numru u tip) (2)

Nieqes

Preżenti

Termofiliku Campylobacter

n =5 c =0

Nieqes f’25 g

Produzzjoni

Tajra/tiġieġa

 

 

 

 

Dundjan

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

Tajra/tiġieġa

 

 

 

Dundjan

 

 

 


(1)  In-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu jista’ jitnaqqas meta t-teħid ta' kampjuni jsir fuq livell ta' bejgħ bl-imnut. Meta t-teħid ta’ kampjuni jitnaqqas, dan għandu jkun indikat fir-rapport.

(2)  Għar-rappurtar ta’ miżuri ta’ infurzar, l-użu ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin huwa rakkomandat: twissija verbali, twissija bil-miktub, impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ kontroll intern aħjar, irtirar tal-prodott konċernat, piena amministrattiva, azzjoni bil-qorti, oħrajn.


ANNESS III

SEZZJONI 1

IS-SIGURTÀ TAL-ĦWAWAR

L-Istat ta’ l-EFTA: _

Gruppi batterjali/kriterji (1)

Stadju ta’ teħid ta’ kampjuni

Identifikazzjoni tal-prodott

Numru ta' kampjuni

Riżultati ta’ l-analiżi (2)

Miżuri li ttieħdu

(numru u tip) (3)

S

A.

U

Salmonella spp.

n = 5 c = 0

Nieqsa f’25 g

Importazzjoni jewproduzzjoni/ippakkjar jew bl-ingrossa

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Stabbiliment (l-użu ta’ ammont kbir ta’ ħwawar għall-preparazzjoni ta’ l-ikel)

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Bacillus cereus

n = 5 c = 1

m = 1 000  cfu/g

M =10 000  cfu/g

Importazzjoni jewproduzzjoni/ippakkjar jew bl-ingrossa

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Stabbiliment (l-użu ta’ ammont kbir ta’ ħwawar għall-preparazzjoni ta’ l-ikel)

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

SEZZJONI 2

IS-SIGURTÀ BATTERJOLOĠIKA TAL-ĦWAWAR

L-Istat ta’ l-EFTA:_

Gruppi batterjali/kriterji (4)

Stadju ta’ teħid ta’ kampjuni

Identifikazzjoni tal-prodott

Numru ta' kampjuni

Riżultati ta’ l-analiżi (5)

Miżuri li ttieħdu

(numru u tip) (6)

S

A.

U

Clostridium perfringens

n = 5 c = 1

m = 100  cfu/g

M = 1 000  cfu/g

Importazzjoni jewproduzzjoni/ippakkjar jew bl-ingrossa

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Stabbiliment (l-użu ta’ ammont kbir ta’ ħwawar għall-preparazzjoni ta’ l-ikel)

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Enterobacteriaceae

n = 5 c = 1

m = 10 cfu/g

M = 100 cfu/g

Importazzjoni jewproduzzjoni/ippakkjar jew bl-ingrossa

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Stabbiliment(l-użu ta’ ammont kbir ta’ ħwawar għall-preparazzjoni ta’ l-ikel)

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 


(1)  In-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu jista’ jitnaqqas meta t-teħid ta' kampjuni jsir fuq livell ta' bejgħ bl-imnut. Meta t-teħid ta’ kampjuni jkun iżgħar, dan għandu jkun indikat fir-rapport.

(2)  S = Sodisfaċenti, A = Aċċettabbli, M = Mhux sodisfaċenti. Fejn għandu x’jaqsam il-Bacillus cereus u l-Clostridium perfringens, ir-riżultat huwa sodisfaċenti jekk il-valuri kollha osservati huma < m, aċċettabbli jekk il-massimu ta’ valuri “c” huma bejn “m” u “M”, u mhux sodisfaċenti jekk wieħed jew aktar mill-valuri huma > M jew aktar mill-valuri “c” li huma bejn “m” u “M”.

(3)  Għar-rappurtar ta’ miżuri ta’ infurzar, l-użu ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin huwa rakkomandat: twissija verbali, twissija bil-miktub, impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ kontroll intern aħjar, irtirar tal-prodott konċernat, piena amministrattiva, azzjoni bil-qorti, oħrajn.

(4)  In-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu jista’ jitnaqqas meta t-teħid ta' kampjuni jsir fuq livell ta' bejgħ bl-imnut. Meta t-teħid ta’ kampjuni jkun iżgħar, dan għandu jkun indikat fir-rapport.

(5)  S = Sodisfaċenti, A = Aċċettabbli, M = Mhux sodisfaċenti. F’dak li jirrigwardja l-Bacillus cereus u l-Clostridium perfringens, ir-riżultat huwa sodisfaċenti jekk il-valuri kollha osservati huma <m, aċċettabbli jekk il-massimu ta’ valuri c huma bejn m u M, u mhux sodisfaċenti jekk wieħed jew aktar mill-valuri huma >M jew aktar mill-valuri c li huma bejn m u M.

(6)  Għar-rappurtar ta’ miżuri ta’ infurzar, l-u ¿u ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin huwa rakkomandat: twissija verbali, twissija bil-miktub, impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ kontroll intern aħjar, irtirar tal-prodott konċernat, piena amministrattiva, azzjoni bil-qorti, oħrajn.


ANNESS IV

IS-SIGURTÀ TOSSIKOLOĠIKA TAL-ĦWAWAR

L-Istat ta’ l-EFTA: _

Stadju ta’ teħid ta’ kampjuni

Identifikazzjoni tal-prodott

Numru ta' kampjuni

Riżultati ta’ l-analiżi

Miżuri li ttieħdu

(numru u tip) (1)

Aflatossinu B1

((µg/kg)

Aflatossinu totali

(µg/kg)

< 2

2-5

> 5

< 4

4-10

> 10

Importazzjoni jew twaqqif għall-ippakkjar bejgħ bl-ingrossa

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

Stabbiliment

(fejn jintuża ammont kbir ta’ ħwawar għall-preparazzjoni ta’ l-ikel)

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

Bżar aħmar spp.

 

 

 

 

 

 

 

 

Piper spp.

 

 

 

 

 

 

 

Noċemuskata/ġinġer/kurkuma

 

 

 

 

 

 

 

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Għar-rappurtar ta’ miżuri ta’ infurzar, l-użu ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin huwa rakkomandat: twissija verbali, twissija bil-miktub, impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ kontroll intern aħjar, irtirar tal-prodott konċernat, piena amministrattiva, azzjoni bil-qorti, oħrajn.


Top