Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2003C0218

    218/2003/COL: Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 218/03/COL tat- 12 ta’ Novembru 2003 dwar għajnuna mill-istat f'forma ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali mħallsa b’mod differenzjat skond ir-reġjun – in-Norveġja

    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 95–111 (MT)
    ĠU L 145, 9.6.2005, p. 25–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/218(2)/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    95


    DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

    Nru 218/03/COL

    tat-12 ta’ Novembru 2003

    dwar għajnuna mill-istat f'forma ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali mħallsa b’mod differenzjat skond ir-reġjun – in-Norveġja

    L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b’mod partikulari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza u tal-Qorti tal-Ġustizzja (2), b’mod partikulari l-Artikolu 24 u l-Protokoll 3 tiegħu,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità (3) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE,

    WARA LI KKUNSIDRAT id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità biex tipproponi miżuri xierqa lin-Norveġja (4),

    WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni Nru 88/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 (5) tal-Kumitat Konġunt taż--ŻEE li tinkorpora fl-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis  (6),

    WARA LI SEJĦET lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ċitati hawn fuq (7),

    BILLI l-awtoritajiet Norveġiżi b’ittra li ġġib id-data tas-26 ta’ Marzu 2003 innotifikaw lill-Awtorità perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa b’mod differenzjat skond ir-reġjun kif ukoll skema ġdida ta’ għajnuna diretta għat-trasport,

    BILLI d-deċiżjoni preżenti tirrigwarda biss in-notifika ta’ perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa b’mod differenzjat skond ir-reġjun, u mhux in-notifika ta’ skema ġdida ta’ għajnuna diretta għat-trasport,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    1.

    L-għajnuna mill-Istat li n-Norveġja qiegħda tippjana biex timplimenti bħala l-perijodu nnotifikat ta’ tranżizzjoni fiż-żoni 3 u 4 għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa b’mod iddifferenzjat skond ir-reġjun hija awtorizzata skond l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    2.

    Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

    3.

    Din id-deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Novembru, 2003.

    Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

    Einar M. BULL

    President Membru

    Hannes HAFSTEIN

    tal-Kulleġġ


    (1)  ‘Il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)  ‘Il quddiem imsejjaħ il-Ftehim ta’ Sorveljanza u l-Qorti.

    (3)  Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat (Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat), adottati u maħruġa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA fid-19 ta’ Jannar, 1994. Ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali L 231, 3.9.1994, p. 1. Il-Linji Gwida kienu emendati l-aħħar fil-5 ta’ Novembru 2003 (għadhom mhux ippubblikati).

    (4)  Deċiżjoni Nru 172/02/COL. ĠU C 52, 6.3.2003, p. 16, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 16.3.2003, p. 1.

    (5)  ĠU L 266. 3.10.2002, p. 56, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 42.

    (6)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

    (7)  Deċiżjoni Nru 141/03/COL tas-16 ta’ Lulju 2003, ĠU C 216, 11.9.2003, p. 3, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 45, 11.9.2003, p.1.

    (8)  Deċiżjoni Nru 141/03/COL tas-16 ta’ Lulju, 2003. ĠU C 216, 11.9.2003, p. 3, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 45, 11.9.2003, p.1.

    (9)  Deċiżjoni Nru 228/99/COL. ĠU C 3, 6.1.2000, p. 3, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 1, 6.1.2000.

    (10)  ĠU L 244, 14.9.2001, p. 32.

    (11)  Deċiżjoni Nru 172/02/COL.

    (12)  Il-Kummissjoni Permanenti ta’ l-Istati ta’ l-EFTA fl-1 ta’ Lulju 2003 ddeċidiet li (Nru 2/2003/KP) l-iskema preżenti fiż-żona 5 hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali f’din iż-żona (ara punt 1 hawn fuq).

    (13)  “En analyse av regionale virkninger av omlegging av differensiert arbeidsgiveravgift”. Møreforskning, arbeidsrapport M 0309, ara l-website: www.mfm.no.

    (14)  Il-Każ tal-Qorti ta’ l-EFTA E-6/98, Il-Gvern tan-Norveġja vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 74.

    (15)  Deċiżjoni Nru 228/99/COL. ĠU C 3, 6.1.2000, p. 3, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 1, 6.1.2000.

    (16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ta’ l-KE dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30), kif inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 88/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 266, 3.10.2002, p. 56, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 3.10.2002). Ir-regoli tal-kumulazzjoni jiżguraw li l-għajnuna de minimis totali ma taqbiżx il-limitu ta’ 100 000 Euro fuq medda ta’ tliet snin, ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001.

    (17)  Ara per eżempju: l-Artikolu 8(3), 20 u l-Protokolli 3 u 9 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif ukoll l-Artikolu 24 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u l-Qorti.

    (18)  L-Awtorità nnutat li l-Kummissjoni awtorizzat ukoll arranġamenti ta’ tranżizzjoni. Ara per eżempju: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 88/318/KEE tat-2 ta’ Marzu 1988 dwar il-Liġi Nru 64 ta’ l-1 ta’ Marzu 1986 dwar l-għajnuna għall-Mezzogiorno (ĠU L 143, 10.6.1988, p. 37); Għajnuna mill-Istat N 586/2002 – l-Italja – Miżuri għall-għajnuna għall-installazzjonijiet tal-funikulari introdotti mil-L.R. 9/98, Regione Lombardia.

    (19)  Każ C-24/95 Land Rheinland-Pfalz v Alcan Deutschland GmbH [1997] ECR I-1591.

    (20)  Dwar l-argument tal-Gvern Norveġiż li l-Awtorità ma kienet bagħtet “l-ebda sinjali ċari”, l-Awtorità ssostni l-pożizzjoni tagħha kif imfissra fid-Deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2003 fil-punt 3.1.

    (21)  Il-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat, Kapitolu 25.4.


    ANNESS

    ŻONI ĠEOGRAFIĊI U RATI KURRENTI TAT-TAXXA (2003)

    —   Żona I: 14.1 fil-mija taxxa.

    Din iż-żona tinkludi l-muniċipalitajiet kollha li ma jissemmewx hawn isfel taħt iż-żona II-V.

    —   Żona II: 10.6 fil-mija taxxa.

    Din iż-żona tinkludi:

    fil-kontea ta’ Nord-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Meråker, Frosta, Leksvik, Mosvik, Verran,

    fil-kontea ta’ Sør-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Ørland, Agdenes, Rissa, Bjugn, Rennebu, Meldal, Midtre Gauldal, Selbu,

    fil-kontea ta’ Møre og Romsdal, il-muniċipalitajiet ta’ Vanylven, Sande, Herøy, Norddal, Stranda, Stordal, Rauma, Nesset, Midsund, Sandøy, Gjemnes, Tingvoll, Sunndal, Haram, Aukra, Eide,

    fil-kontea ta’ Sogn og Fjordane, il-muniċipalitajiet kollha,

    fil-kontea ta’ Hordaland, il-muniċipalitajiet ta’ Etne, Ølen, Tysnes, Kvinnherad, Jondal, Odda, Ullensvang, Eidfjord, Ulvik, Granvin, Kvam, Modalen, Fedje, Masfjorden, Bømlo,

    fil-kontea ta’ Rogaland, il-muniċipalitajiet ta’ Hjelmeland, Suldal, Sauda, Kvitsøy, Utsira, Vindafjord, Finnøy,

    fil-kontea ta’ Vest-Agder, il-muniċipalitajiet ta' Åseral, Audnedal, Hægebostad, Sirdal,

    fil-kontea ta’ Aust-Agder, il-muniċipalitajiet ta’ Gjerstad, Vegårshei, Åmli, Iveland, Evje og Hornnes, Bygland, Valle, Bykle,

    fil-kontea ta’ Telemark, il-muniċipalitajiet ta’ Drangedal, Tinn, Hjartdal, Seljord, Kviteseid, Nissedal, Fyresdal, Tokke, Vinje, Nome,

    fil-kontea ta’ Buskerud, il-muniċipalitajiet ta’ Flå, Nes, Gol, Hemsedal, Ål, Hol, Sigdal, Rollag, Nore and Uvdal,

    fil-kontea ta’ Oppland, il-muniċipalitajiet ta’ Nord-Fron, Sør-Fron, Ringebu, Gausdal, Søndre Land, Nordre Land,

    fil-kontea ta’ Hedmark, il-muniċipalitajiet ta’ Nord-Odal, Eidskog, Grue, Åsnes, Våler, Trysil, Åmot.

    —   Żona III: 6.4 fil-mija taxxa.

    Din iż-żona tinkludi:

    fil-kontea ta’ Nord-Trøndelag, il-muniċipalità ta’ Snåsa,

    fil-kontea ta’ Sør-Trøndelag, il-muniċipaltajiet ta’ Hemne, Snillfjord, Oppdal, Røros, Holtålen, Tydal,

    fil-kontea ta’ Oppland, il-muniċipalitajiet ta’ Dovre, Lesja, Skjåk, Lom, Vågå, Sel, Sør-Aurdal, Etnedal, Nord-Aurdal, Vestre Slidre, Øystre Slidre, Vang,

    fil-kontea ta’ Hedmark, il-muniċipalitajiet ta’ Stor-Elvdal, Rendalen, Engerdal, Tolga, Tynset, Alvdal, Folldal, Os

    —   Żona IV: 5.1 fil-mija taxxa.

    Din iż-żona tinkludi:

    fil-kontea ta’ Troms, muniċipalitajiet mhux inklużi fost dawk elenkati hawn isfel taħt iż-żona V,

    fil-kontea ta’ Nordland, il-muniċipalitajiet kollha,

    fil-kontea ta’ Nord-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Namsos, Namdalseid, Lierne, Røyrvik, Namsskogan, Grong, Høylandet, Overhalla, Fosnes, Flatanger, Vikna, Nærøy, Leka,

    fil-kontea ta’ Sør-Trøndelag, il-muniċipalitajiet ta’ Hitra, Frøya, Åfjord, Roan, Osen,

    fil-kontea ta’ Møre og Romsdal, il-muniċipalità ta’ Smøla.

    —   Żona V: 0 fil-mija taxxa.

    Din iż-żona tinkludi:

    fil-kontea ta’ Finnmark, il-muniċipalitajiet kollha,

    fil-kontea ta’ Troms, il-muniċipalitajiet ta’ Karlsøy, Lyngen, Storfjord, Kåfjord, Skjervøy, Nordreisa u Kvænangen.


    Top