This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2022/203/03
Call for proposals (No IX-2023/02) ‘GRANTS TO EUROPEAN POLITICAL FOUNDATIONS’ 2022/C 203/03
Sejħa għal proposti (Nru IX-2023/02) “GĦOTJIET LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ” 2022/C 203/03
Sejħa għal proposti (Nru IX-2023/02) “GĦOTJIET LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ” 2022/C 203/03
ĠU C 203, 20.5.2022, p. 3–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/3 |
Sejħa għal proposti (Nru IX-2023/02)
“GĦOTJIET LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ”
(2022/C 203/03)
WERREJ
A. |
Introduzzjoni u qafas ġuridiku | 3 |
B. |
L-għan tas-sejħa | 4 |
C. |
L-iskop, il-kategorija u l-forma ta’ finanzjament | 5 |
D. |
Il-baġit disponibbli | 5 |
E. |
Ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet għal finanzjament | 5 |
F. |
Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament | 6 |
F.1 |
Il-kriterji ta’ esklużjoni | 6 |
F.2 |
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà | 6 |
F.3 |
Il-kriterji tal-għażla | 6 |
F.4 |
Il-kriterji tad-deċiżjoni tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-finanzjament | 6 |
G. |
Kontroll kondiviż mill-parlament ewropew u mill-awtorità | 7 |
H. |
Termini u kundizzjonijiet | 7 |
I. |
Kalendarju | 7 |
J. |
Żvelar U Proċessar Ta’ Data Personali | 8 |
K. |
Informazzjoni Oħra | 8 |
A. INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU
1. |
Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”. |
2. |
Skont l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), kif emendat sussegwentement. |
3. |
Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea hija “entità li tkun formalment affiljata ma’ partit politiku Ewropew, li tkun irreġistrata mal-Awtorità skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li permezz tal-attivitajiet tagħha, skont l-għanijiet u l-valuri fundamentali segwiti mill-Unjoni, issaħħaħ u tikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew”. |
4. |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea li tkun affiljata ma’ partit politiku Ewropew eliġibbli li japplika għall-fondi taħt l-Artikolu 17(1) tar-regolament, li tkun irreġistrata skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li ma tkunx f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tapplika għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f’sejħa għal proposti. |
5. |
Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew qed iniedi din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li jagħmel għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“is-sejħa”). |
6. |
Il-qafas ġuridiku ta’ bażi huwa definit fl-atti ġuridiċi li ġejjin:
Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta (7) (riformulazzjoni) għar-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu japprovaw l-emendi għar-regolament qabel jew matul is-sena finanzjarja 2023. Id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid qabel jew matul is-sena 2023 jista’ jwassal għal bidliet rilevanti fil-qafas ġuridiku bażiku għall-finanzjament tas-sena finanzjarja 2023, li jistgħu jeħtieġu rettifika teknika għal din is-sejħa. |
B. L-GĦAN TAS-SEJĦA
7. |
L-għan ta’ din is-sejħa huwa li jistieden lill-fondazzjonijiet politiċi rreġistrati Ewropej jippreżentaw applikazzjonijiet għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”). |
C. L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT
8. |
L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-programm ta’ ħidma tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja li għandu jiġi konkluż bejn il-fondazzjoni politika Ewropea benefiċjarja u l-Parlament Ewropew. |
9. |
Il-kategorija tal-finanzjament huwa l-għotja lil fondazzjonijiet politiċi Ewropej, skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (“għotja”). L-għotja tieħu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba. |
10. |
L-ammont massimu mħallas lill-benefiċjarju mill-Parlament Ewropew la għandu jaqbeż il-95 % tal-ispejjeż eliġibbli indikati fil-baġit proviżorju u lanqas il-95 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba. |
D. IL-BAĠIT DISPONIBBLI
11. |
Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Parlament Ewropew “Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 23 000 000 kif adottat mill-Parlament Ewropew fl-abbozz ta’ estimi tiegħu. L-approprjazzjonijiet disponibbli li għandhom jitqassmu se jiġu stabbiliti mill-awtorità baġitarja fil-baġit finali approvat għas-sena 2023. |
E. IR-REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT
12. |
L-applikazzjonijiet għal finanzjament ikunu ammissibbli jekk:
Id-dokumenti tal-applikazzjonijiet irid jkunu ffirmati bl-idejn jew inkella permezz ta’ firem elettroniċi kwalifikati (QES). Fil-każ tal-firem elettroniċi kwalifikati, dawn iridu jkunu konformi mar-Regolament dwar l-Identifikazzjoni Elettronika u s-Servizzi Fiduċjarji (eIDAS) (8). Jekk l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati b’mod elettroniku u meta ċerti dokumenti jkollhom firem bl-idejn, l-applikant għandu jżomm u jipproduċi l-oriġinal, sħiħ jew parti minnu, fuq talba tas-servizzi tal-Parlament Ewropew u jibgħat dawk l-oriġinali fl-indirizz fiżiku li ġej:
|
13. |
Meta, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019, l-applikant jiġi mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jippreżenta d-dokumenti ġustifikattivi oriġinali jew kjarifiki fuq il-karta rigward l-applikazzjoni, l-applikant għandu juża l-indirizz fiżiku indikat fil-paragrafu 12. Dokumenti elettroniċi ffirmati bil-firma elettronika kwalifikata huma aċċettati wkoll, u għandhom jintbagħtu lill-mailbox funzjonali: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.
Kwalunkwe korrispondenza oħra fir-rigward tal-applikazzjoni għandha tuża l-mailbox funzjonali indikata hawn fuq |
14. |
L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jistgħu jiġu rrifjutati. |
F. IL-KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT
F.1 Il-kriterji ta’ esklużjoni
15. |
L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk:
|
F.2 Il-kriterji ta’ eliġibbiltà
16. |
Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikanti jeħtieġ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Dan ifisser li kull applikant:
|
F.3 Il-kriterji tal-għażla
17. |
Skont l-Artikolu 198 tar-Regolament Finanzjarju, “l-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu matul il-perijodu li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha (‘kapaċità finanzjarja’). L-applikant għandu jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku (‘kapaċità operazzjonali’)”. |
F.4 Il-kriterji tad-deċiżjoni tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-finanzjament
18. |
Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni li ġejja:
|
G. KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-AWTORITÀ
19. |
L-Artikolu 24(1) u (2) (12) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità. |
20. |
Fejn skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità għandha l-kompetenza li tiċċekkja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew se jibgħat l-applikazzjonijiet għal finanzjament lill-Awtorità. |
21. |
Fl-istadji kollha tal-proċedura [tal-għoti], l-applikanti jibqgħu meħtieġa mill-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 li jipprovdu, fuq talba tal-Awtorità, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli li għalihom hija responsabbli. Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari dokumentazzjoni jew kjarifiki addizzjonali għall-applikazzjonijiet għal finanzjament, li għandhom jiġu ppreżentati fil-format speċifikat mill-Awtorità. |
22. |
L-Awtorità se tikkomunika lill-Parlament Ewropew ir-riżultat tal-kontrolli u l-verifiki tagħha. |
H. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET
23. |
L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jiddeċiedi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minkejja kwalunkwe informazzjoni pprovduta fi stadju iktar tard jew ippubblikata permezz ta’ kanali oħra. |
24. |
Rigward il-kundizzjoni li applikant ikompli jissodisfa l-kriterji għall-finanzjament, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-applikant. |
25. |
It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1b tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019. |
26. |
Kull applikant għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 25 ta’ din is-sejħa, billi jiffirma l-formola ta’ dikjarazzjoni annessa ma’ din is-sejħa. Dawn it-termini u kundizzjonijiet jorbtu l-benefiċjarju li jingħatalu l-finanzjament u huma stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja. |
I. KALENDARJU
27. |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament hija t-30 ta’ Settembru 2022. |
28. |
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal proposti. Wara dik id-deċiżjoni, id-deċiżjonijiet individwali ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew jiġu nnotifikati lill-applikanti. |
29. |
Huwa previst li f’Jannar 2023, l-applikanti magħżula se jirċievu l-abbozz tal-ftehim ta’ għotja li għandu jiġi ffirmat minnhom u li l-applikanti miċħuda se jiġu infurmati fl-istess ħin. Il-Ftehim ta’ għotja jista’ jiġi ffirmat b’firma elettronika kwalifikata (QES). Il-ħlas tal-prefinanzjament għandu jsir fi żmien 30 jum wara l-iffirmar sussegwenti tal-ftehim ta’ għotja f’isem il-Parlament Ewropew. |
J. ŻVELAR U PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
30. |
Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għandhom jippubblikaw, inkluż fuq l-internet, informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
31. |
Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din is-sejħa għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (13) u skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
32. |
Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u ta’ salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ din id-data lill-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti ta’ verifika u awditjar skont il-liġi tal-Unjoni, bħas-servizzi tal-awditjar intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF). |
33. |
Abbażi ta’ talba bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika relatata mal-benefiċjarju tista’ tikseb aċċess għad-data personali tagħha u tikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew mhux kompluta. It-talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tista’ tiġi mressqa lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew. Il-persuna konċernata tista’, f’kull ħin, tilmenta mal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tagħha. |
34. |
Id-data personali tista’ tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1) u 141 tar-Regolament Finanzjarju. |
K. INFORMAZZJONI OĦRA
35. |
Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-mailbox funzjonali li ġejja: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu |
36. |
Il-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 6(b) ta’ din is-sejħa u l-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament annessi ma’din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew (https://www.europarl.europa.eu/contracts-and-grants/mt/list-of-notices/)
Anness: Il-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament, inklużi l-formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja, id-dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali u dwar il-kriterji ta’ esklużjoni, il-mudell tal-baġit proviżorju u d-dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tressqet permezz ta’ partit politiku Ewropew affiljat. |
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1. Ġew ippubblikati żewġ emendi, fil-ĠU L 114 I 4.5.2018 p. 1 u fil-ĠU L 85 I 27.3.2019 p. 7.
(2) ĠU C 249, 25.7.2019, p. 2.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.
(5) ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28.
(6) Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ta’ Settembru 2021.
(7) COM(2021) 734 final, 2021/0375(COD).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(9) Stabbilita skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014.
(10) Skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju.
(11) Sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: għadu kemm inħoloq, eċċ.).
(12) L-Artikolu 24(1)-(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Regoli ġenerali dwar il-kontroll:
“1. Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti.
2. L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22.
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”
ANNESS a
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT
GĦOTJIET (1) LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ
GĦAS-SENA FINANZJARJA [DAĦĦAL IS-SENA]
FIEX TIKKONSISTI L-APPLIKAZZJONI GĦALL-FINANZJAMENT
Il-lista li ġejja hi maħsuba biex tgħinek tħejji l-applikazzjoni tiegħek għal finanzjament. Din tista’ tintuża bħala checklist biex tiżgura li tkun inkludejt id-dokumenti meħtieġa kollha.
Numru tad-dokument |
Dokumenti li jridu jiġu pprovduti |
|
|
Dokumenti li jridu jiġu pprovduti iżda li mhumiex inklużi f’dan il-mudell tal-applikazzjoni għall-finanzjament |
|
1. |
Ittra ta’ akkumpanjament b’indikazzjoni tal-ammont tal-għotja mitluba għas-sena finanzjarja n, iffirmata mir-rappreżentant legali |
☐ |
2. |
Ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant |
☐ |
3. |
Lista tal-persuni li jkollhom poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq l-organizzazzjoni applikanti, bħall-President, membri tal-Bord, is-Segretarju Ġenerali, it-Teżorier (2) |
☐ |
4. |
Prova ta’ reġistrazzjoni mill-Awtorità fid-data tal-applikazzjoni għall-finanzjament (unikament għall-applikanti li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni għadha mhix disponibbli pubblikament għalihom, jiġifieri għadha ma ġietx ippubblikata fuq is-sit web tal-Awtorità jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali) |
☐ |
5. |
Programm ta’ ħidma |
☐ |
6. |
Unikament fil-każ ta’ applikant ġdid li ma setax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014: id-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati l-aktar riċenti, imħejjija minn kontabilista professjonali |
☐ |
|
Dokumenti li jridu jiġu pprovduti u li huma inklużi f’dan il-mudell tal-applikazzjoni għal finanzjament |
|
7. |
Formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja (unikament fil-każ ta’ applikant ġdid, jew fil-każ ta’ bidliet fl-isem, l-indirizz jew il-kont bankarju) |
☐ |
8. |
Dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali u dwar il-kriterji ta’ esklużjoni |
☐ |
9. |
Baġit proviżorju bbilanċjat |
☐ |
10. |
Dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tressqet permezz ta’ partit politiku Ewropew affiljat |
☐ |
FORMOLA TA’ IDENTIFIKAZZJONI FINANZJARJA
DIKJARAZZJONI DWAR IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI U DWAR IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI
Jiena, hawn taħt iffirmat, ir-rappreżentant legali ta’ [daħħal l-isem tal-applikant] niċċertifika li:
— |
qrajt it-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fil-mudell tal-ftehim ta’ għotja, u naqbel magħhom, |
— |
l-applikant ma jinsabx f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1)* u 141* tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Ir-Regolament Finanzjarju”) (3), |
— |
l-applikant mhux suġġett għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1)(*) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a)(*) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, |
— |
l-organizzazzjoni applikanti għandha l-kapaċitajiet finanzjarji u organizzattivi biex timplimenta l-ftehim ta’ għotja, |
— |
l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni kif ukoll fl-annessi tagħha hija preċiża u ebda informazzjoni, kollha jew parti minnha, ma nżammet moħbija mill-Parlament Ewropew. |
Firma awtorizzata:
Titlu (Sa, Sur, Prof ...), kunjom u isem: |
|
Funzjoni fl-organizzazzjoni li qed tapplika għal finanzjament: |
|
Post/Data: |
|
Firma: |
|
(*) |
L-Artikoli elenkati hawn fuq hemm referenza għalihom hawn taħt:
|
(1) Il-kategorija tal-finanzjament hija l-għotja operattiva, skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2) Pereżempju b’referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istatuti tal-applikant, fejn applikabbli.
ANNESS b
BAĠIT PROVIŻORJU
Spejjeż |
|
Dħul |
|||||||||||||||||||||
Spejjeż eliġibbli |
Baġit |
Reali |
|
|
Baġit |
Reali |
|||||||||||||||||
|
|
|
|
|
Mhux Applikabbli |
|
|||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
(iridu jiġu speċifikati) |
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
Spejjeż ineliġibbli
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|
DIKJARAZZJONI LI L-APPLIKAZZJONI TRESSQET PERMEZZ TA’ PARTIT POLITIKU EWROPEW AFFILJAT
Jiena, hawn taħt iffirmat, ir-rappreżentant legali ta’ [daħħal l-isem tal-partit], niddikjara li, skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikazzjoni preżenti għall-finanzjament ta’ [daħħal l-isem tal-applikant] għas-sena finanzjarja 2023 hija mressqa permezz tal-partit politiku Ewropew affiljat tiegħu [daħħal l-isem tal-partit politiku Ewropew affiljat].
Firma awtorizzata:
Titlu (Sa, Sur, Prof ...), kunjom u isem: |
|
Funzjoni fil-partit politiku Ewropew: |
|
Post/Data: |
|
Firma: |
|