EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/473/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2021/C 473/06

PUB/2021/888

ĠU C 473, 24.11.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/20


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 473/06)

Image 1

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitt sena mill-awtonomija ta’ Åland

Id-deskrizzjoni tad-disinn: It-tema tal-munita hija l-pajsaġġ tal-arċipelagu magħmul minn forom intaljati. In-nofs t’isfel tad-disinn għandu ponta b’sinjali nawtiċi, il-pruwa ta’ dgħajsa u id li żżomm boxxla. Il-linja tan-nofs orizzontali tad-disinn għandha orizzont tal-baħar. In-nofs ta’ fuq tad-disinn għandu sema u sħab. Fin-naħa t’isfel, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “AWTONOMIJA TAL-GŻEJJER ÅLANDA GĦALL-100 SENA” bil-Finlandiż. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “AWTONOMIJA TAL-GŻEJJER ÅLANDA GĦAL 100 SENA” bl-Iżvediż. Fiċ-ċentru hemm żewġ punti ewlenin forma ta’ djamant bejn it-testi, wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin. Fuq id-djamanti, fuq in-naħa tal-lemin hemm l-iskrizzjoni “2021 FI” u fuq in-naħa tax-xellug il-marka taz-Zekka tal-Finlandja.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:800 000

Id-data tal-ħruġ: Il-Ħarifa 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top