EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/470/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2021/C 470/05

PUB/2021/886

ĠU C 470, 22.11.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 470/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 470/05)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li tintuża d-denominazzjoni taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitt anniversarju mill-kostituzzjoni tal-Unjoni Ekonomika bejn il-Belġju u l-Lussemburgu (Belgium-Luxembourg Economic Union, BLEU)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Kienet unjoni doganali u unjoni monetarja bil-għan li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. L-Unjoni bdiet bl-ewwel perjodu ta’ 50 sena li ġie ffirmat fil-25 ta’ Lulju 1921. Diversi protokolli ġodda ġew sussegwentement iffirmati mill-bidu tal-BLEU biex tinżamm għal perjodu itwal ta’ żmien. L-aħħar protokoll ġie ffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi fit-18 ta’ Diċembru 2002.

In-naħa nazzjonali tal-munita turi x-xbieha tar-Re Belġjan Filippu I u dik tal-Gran Duka Henri tal-Lussemburgu. Barra minn hekk, iż-żewġ pajjiżi huma rappreżentati, bir-referenza għall-Unjoni Ekonomika, u għas-snin l-1921 u l-2021. Billi z-Zekka Rjali Netherlandiża se tkun responsabbli għall-ħruġ tal-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, il-bakketta ta’ merkurju tidher fil-qiegħ flimkien mal-marka tal-mastru taz-zekka Belġjana, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele. Fiha wkoll l-inizjali LL, b’referenza għad-disinjatur tal-munita, Luc Luycx. Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:155 000 munita

Id-data tal-ħruġ: Fis-sajf tal-2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top