This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2020/374A/02
Addendum to Notice of open competition — EPSO/AD/374/19 — Administrators (AD 7) in the following fields 1. Competition Law; 2. Financial Law; 3. Economic and Monetary Union Law; 4. Financial rules applicable to the EU budget; 5. Protection of euro coins against counterfeiting (OJ C 191 A, 6.6.2019)
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/374/19 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin 1. Il-Liġi tal-Kompetizzjoni; 2. Il-Liġi Finanzjarja; 3. Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; 4. Ir-Regoli Finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE; 5. Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU C 191 A, 6.6.2019)
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/374/19 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin 1. Il-Liġi tal-Kompetizzjoni; 2. Il-Liġi Finanzjarja; 3. Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; 4. Ir-Regoli Finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE; 5. Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU C 191 A, 6.6.2019)
PUB/2020/864
ĠU C 374A, 5.11.2020, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 374/3 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/374/19 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin 1. Il-Liġi tal-Kompetizzjoni; 2. Il-Liġi Finanzjarja; 3. Il-Liġi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; 4. Ir-Regoli Finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-UE; 5. Il-Protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 191 A tas-6 ta’ Ġunju 2019)
(2020/C 374 A/02)
1.
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet kollha taċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħu fil-bini tiegħu fi Brussell u fil-Lussemburgu, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. Dan affettwa wkoll l-organizzazzjoni ta’ testijiet ibbażati fuq il-kompjuter li kellhom isiru matul il-ġurnata taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda ċ-ċentri ta’ valutazzjoni għal għadd ta’ kompetizzjonijiet minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. Billi t-testijiet tal-Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (Multiple Choice Question, MCQ) kienu skedati li jsiru matul il-ġurnata taċ-ċentru ta’ valutazzjoni, l-EPSO kellu jsib mezzi alternattivi ta’ ttestjar. Għalhekk, dawn it-testijiet issa se jsiru f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
2.
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali fi żmien raġonevoli, l-EPSO se jorganizza ttestjar online (mill-bogħod) għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar minn issa ’l quddiem se jsir permezz ta’ online videoconferencing. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa.
3.
Xi kandidati diġà għamlu t-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni personalment qabel is-6 ta’ Marzu 2020.Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jibqgħu validi bl-eċċezzjoni tal-eżerċizzju fi grupp, li se jiġi sostitwit b’test ieħor: intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (situational competency-based interview, SCBI).
Il-kandidati li ma għamlux it-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni tagħhom personalment qabel is-6 ta’ Marzu 2020, u li għalihom l-ittestjar personali attwalment ma għadux possibbli, se jagħmlu t-testijiet kollha taċ-ċentru ta’ valutazzjoni tagħhom mill-bogħod matul jum wieħed jew diversi jiem.
4.
Biex jiġi żgurat trattament ugwali, il-kandidati kollha jridu jagħmlu l-istess testijiet. L-eżerċizzju fi grupp ma jistax jitwettaq mill-bogħod b’mod sodisfaċenti. Jekk jitfaċċaw problemi tekniċi, id-dinamika tal-grupp tista’ tiġi kompromessa u l-kandidati parteċipanti jkollhom impatt negattiv. Għalhekk, il-kandidati kollha (inklużi dawk li diġà ħadu sehem fl-eżerċizzju tal-grupp) se jkollhom jagħmlu SCBI, li minflok, se jiġi organizzat mill-bogħod bl-użu tal-online videoconferencing u se jieħu bejn 30 u 40 minuta.L-SCBI jittestja għadd ta’ kompetenzi ġenerali (analiżi u soluzzjoni tal-problemi; tagħlim u żvilupp; prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni; reżiljenza; ħidma ma’ oħrajn; u tmexxija) billi jistaqsi lill-kandidati kif jirreaġixxu f’sitwazzjoni speċifika. Dan jikkonsisti f’laqgħa online individwali ma’ intervistatur imħarreġ li jipprovdi informazzjoni addizzjonali matul l-intervista, skont kitba semistrutturata.
Bejn wieħed u ieħor ġimagħtejn sa tliet ġimgħat qabel il-perjodu ta’ ttestjar tal-SCBI, il-kandidati jirċievu inkarigu bil-miktub u informazzjoni ta’ sfond biex jgħinuhom iħejju ruħhom. Fl-inkarigu, il-kandidati jintalbu jieħdu post kollega u jassumu r-responsabbiltà għal diversi kompiti u sitwazzjonijiet li jridu jiġu diskussi matul l-intervista. Jiġu inklużi wkoll sitwazzjonijiet addizzjonali, mhux ibbażati fuq l-inkarigu. Matul l-intervista, il-kandidati jitħallew jikkonsultaw l-inkarigu bil-miktub u l-informazzjoni ta’ sfond.
Il-kandidati jiġu intervistati minn membru tal-persunal tal-UE. Żewġ Membri tal-Bord tas-Selezzjoni josservaw u jivvalutaw il-prestazzjoni ta’ kull kandidat u jagħtu l-punteġġ tal-kompetenzi koperti mit-test. L-intervistatur ma jkunx involut fil-valutazzjoni tal-kandidat.
5.
Il-kandidati li għadhom ma għamlux it-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter għall-Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ), jagħmlu dawn it-testijiet fiċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. Il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ ċentri tal-ittestjar akkreditati kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. Il-kandidati jiġu mistiedna għal dawn it-testijiet separatament, permezz tal-profil tal-EPSO tagħhom.