This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/205/10
Prior notification of a concentration (Case M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 205, 29.6.2017, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/59 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 205/10)
1. |
Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Harng Central Department Store Ltd (“Central”, it-Tajlandja) u Berlin, Tauentzienstraße 21–24 Beteiligung A Sàrl, sussidjarja ta’ SIGNA Prim Selection AG (“SIGNA”, l-Awstrija) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Berlin, Passauer Straße 1–3 Immobilien GmbH & Co. KG (“JVCo”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Central: kumpanija azzjonarja proprjetà tal-familja li hija attiva permezz tas-sussidjarji f’attivitajiet ta’ merchandising, proprjetà immobbli, bejgħ bl-imnut, lukandi u ristoranti primarjament fl-Asja tax-Xlokk, inklużi t-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Vjetnam, — għal SIGNA: involuta f’attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli, jiġifieri x-xiri, il-kiri, il-kiri u l-ġestjoni ta’ art u ta’ bini kif ukoll l-iżvilupp tal-proġetti. Il-grupp assoċjat taħt il-kontroll ta’ SIGNA Retail GmbH huwa attiv fil-bejgħ bl-imnut u jħaddem, b’mod partikolari, il-katina ta’ kumplessi kummerċjali Karstad, — għal JVCo: is-sid ta’ biċċa art f’Berlin li bħalissa hija okkupata minn parkeġġ tal-karozzi b’ħafna sulari. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.