Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/081/08

    Sejħa għal applikazzjonijiet 2017 — It-Tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 81, 16.3.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/8


    Sejħa għal applikazzjonijiet 2017

    It-Tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 81/08)

    Illum qed tiġi mnedija sejħa għal applikazzjonijiet “Saħħa – 2017” fi ħdan il-qafas tat-tielet Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) (1)

    Din is-sejħa għal applikazzjonijiet tinkludi l-elementi li ġejjin:

    Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ għotjiet għal proġetti

    Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għat-tħaddim ta’ korpi mhux governattivi (għotjiet operattivi)

    L-iskadenzi għas-sottomissjoni online tal-proposti huma kif ġej: 15 ta’ Ġunju 2017.

    L-informazzjoni kollha, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2017 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2017 għall-implimentazzjoni tat-tielet Programm tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm, huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) fl-indirizz li ġej:

    http://ec.europa.eu/chafea/


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).


    Top