This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/363/08
Prior notification of a concentration (Case M.7962 — ChemChina/Syngenta) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7962 — ChemChina/Syngenta) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7962 — ChemChina/Syngenta) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 363, 1.10.2016, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/25 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7962 — ChemChina/Syngenta)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 363/08)
1. |
Fit-23 ta’ Settembru 2016 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża China National Chemical Corporation (“ChemChina”, iċ-Ċina) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Syngenta AG kollha kemm hi (“Syngenta”, l-Iżvizzera) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal ChemChina: materjali kimiċi ġodda u speċjalità kimika, kimiċi bażiċi, ipproċessar u raffinar taż-żejt, apparat kimiku, prodotti tal-lastku, u agrokimiċi, — għal Syngenta: l-agrinegozju, b’mod partikolari, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, iż-żrieragħ u prodotti tal-lawn u tal-ġnien. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permez tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza l-Każ M.7962 — ChemChina/Syngenta, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).