Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/339/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8209 — GLM/Multico/Toray Group/TTC/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 339, 16.9.2016, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8209 — GLM/Multico/Toray Group/TTC/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 339/14)

1.

Fid-9 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi PT. Gapura Liqua Mandiri (“GLM” tal-Indoneżja), Multico Infracore Holdings Pte Ltd (“Multico” ta’ Singapor), Toray Industries, Inc. (“Toray Group” tal-Ġappun) u Toyota Tsusho Corporation (“TTC” tal-Ġappun) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ PT. Gapura Liqua Solutions (“GLS” tal-Indoneżja), kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (JV), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal GLM: soluzzjonijiet tal-ilma, inkluż it-trattament tal-ilma mormi, it-titjib tal-proċessi, servizzi tar-riċiklaġġ u l-irkupru;

—   għal Multico: id-distribuzzjoni ta’ tagħmir tqil, magni u partijiet għall-użu f’bosta setturi bħall-kostruzzjoni, l-agrikoltura, iż-żejt u l-gass u l-enerġija rinnovabbli;

—   għal Toray Group: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ kimiċi għal diversi applikazzjonijiet;

—   għal TTC: kummerċ dinji f’diversi industriji, fosthom tal-metalli, vetturi, inġenji tal-ajru, kimiċi u elettronika;

—   għal GLS: bejgħ, installazzjoni u manutenzjoni ta’ sistemi tat-trattament tal-ilma u servizzi oħra tat-trattament tal-ilma, b’attenzjoni partikolari fuq l-Indoneżja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu Jew Permezz Tal-Posta, Bin-Numru Ta’ Referenza M.8209 — GLM/Multico/Toray Group/TTC/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top