Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/188/03

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8037 — INCJ/Sumitomo/Sekisui/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 188, 27.5.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 188/3


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8037 — INCJ/Sumitomo/Sekisui/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 188/03)

    1.

    Fid-19 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Innovation Network Corporation of Japan (“INCJ”, il-Ġappun), Sumitomo Chemical Co., Ltd. (“Sumitomo”, il-Ġappun) u Sekisui Chemical Co., Ltd. (“Sekisui”, il-Ġappun) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, il-Ġappun) permezz ta’ xiri ta’ ishma. JV tkun attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ kisi tal-plastik użat fl-agrikoltura, kisi tal-plastik li jintuża biex jissiġilla, u kisi tal-plastik għal skopijiet oħra.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal INCJ: il-promozzjoni tal-innovazzjoni u n-negozju fil-Ġappun, l-analiżi ta’ opportunitajiet varji ta’ investiment fl-oqsma tal-enerġija nadifa, l-elettronika, l-IT u l-bijoteknoloġija u fis-setturi relatati mal-infrastruttura bħall-fornitura tal-ilma,

    —   għal Sumitomo: il-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi inklużi l-petrokimiċi, il-plastik, kimiki relatati mal-IT, l-enerġija, is-saħħa u fuq l-għelejjel, prodotti farmaċewtiċi u oħrajn,

    —   għal Sekisui: il-manifattura u l-bejgħ ta’ materjal tal-plastik ta’ prestazzjoni għolja, prodotti tal-infrastruttura u l-ambjent urban, akkomodazzjoni u prodotti oħrajn.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8037 — INCJ/Sumitomo/Sekisui/JV, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top