Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/437/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7871 — Bombardier/CDPQ/Bombardier Transportation UK) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 437, 29.12.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7871 — Bombardier/CDPQ/Bombardier Transportation UK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/07)

1.

Fis-17 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Caisse de dépôt et placement Québec (“CDPQ”, il-Kanada) u Bombardier Inc. (“Bombardier”, il-Kanada) takkwista l-kontroll konġunt fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, impriża ġdida, Bombardier Transportation (Investment) UK Limited (“BTUK”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CDPQ: investiment u ġestjoni ta’ fondi pubbliċi għal pjanijiet ta’ pensjoni u assigurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi.

—   għal Bombardier: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u tagħmir tat-trasport ferrovjarju.

—   għal BTUK: kumpanija azzjonarja prinċipali tal-entitajiet attwalment li jiffurmaw in-negozju tat-trasport bil-ferrovija ta’ Bombardier.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7871 — Bombardier/CDPQ/Bombardier Transportation UK, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top