EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/399/02

Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma 2016-2017 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

ĠU C 399, 1.12.2015, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/2


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma 2016-2017 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

(2015/C 399/02)

B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet marbuta fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma 2016-2017 tal-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020.

Permezz tad-Deċiżjonijiet C(2015) 6776, u C(2015) 6744 tat-13 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni adottat żewġ programmi ta’ ħidma li jinkludu sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati.

Dawn huma suġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2016 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2016 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

Dawn il-programmi ta’ ħidma, inkluż id-dati tal-għeluq u l-baġits għall-attivitajiet, huma disponibbli fuq is-sit web tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u attivitajiet relatati, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.

F’dan l-istadju, jistgħu jintbagħtu biss proposti fir-rigward tas-suġġetti mmarkati “2016” fis-sejħiet għal proposti murija fil-Portal tal-Parteċipant. L-informazzjoni dwar meta jkunu jistgħu jitressqu l-proposti fir-rigward ta’ suġġetti mmarkati “2017” se tkun provduta fi stadju aktar tard.


Top