EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/394/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.7803 — MSI/Amlin) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 394, 27.11.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.7803 — MSI/Amlin)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 394/05)

1.

Fid-19 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Mitsui Sumitomo Insurance Company, Limited (“MSI”, il-Ġappun), sussidjarja akkwiżita totalment ta’ MS&AD Insurance Group Holdings, Inc. (“MS&AD”, il-Ġappun), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Amlin plc. (“Amlin”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MS&AD (inkluża l-MSI) kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni pubblika elenkata fuq il-boroż ta’ Tokyo u Nagoya, attiva fil-forniment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u riassigurazzjoni primarjament fil-Ġappun u l-Asja iżda wkoll globalment.

għall-impriża Amlin kumpanija ta’ assigurazzjoni pubblika elenkata fil-Borża ta’ Londra, attiva fil-forniment ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u riassigurazzjoni għal kumpaniji u individwi fiż-ŻEE. Amlin hija wkoll attiva globalment fl-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fi ħdan Llyod’s market.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7803 — MSI/Amlin, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top