Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/249/12

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7692 — Ferrero/Thorntons) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 249, 30.7.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/13


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7692 — Ferrero/Thorntons)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 249/12)

    1.

    Fit-22 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Ferholding UK Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Ferrero International SA (“Ferrero”, il-Lussemburgu), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Thorntons PLC (“Thorntons”, ir-Renju Unit), permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-22 ta’ Ġunju 2015.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Ferrero: il-manifattura u l-forniment mad-dinja kollha ta’ ħelu u prodotti tal-ħelu (pereż. ħelu taċ-ċikkulata, candies, snacks u prodotti tal-ħelu li jiddellku) worldwide,

    —   għal Thorntons: il-manifattura u l-bejgħ ta’ ħelu taċ-ċikkulata u prodotti oħra tal-ħelu. Barra milli tissupplixxi l-prodotti tagħha permezz ta’ bejjiegħa bl-imnut terz, Thorntons hija proprjetarja u tħaddem network ta’ ħwienet li jbigħu bl-imnut, l-aktar fir-Renju Unit, li permezz tagħhom hija tissupplixxi l-prodotti ġodda tagħha.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7692 — Ferrero/Thorntons, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top