Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/243/03

    Hercule III — Sejħa għal proposti — 2015 — Assistenza teknika għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE

    ĠU C 243, 24.7.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/4


    HERCULE III

    Sejħa għal proposti — 2015

    Assistenza teknika għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE

    (2015/C 243/03)

    1.   Għanijiet u deskrizzjoni

    Dan l-avviż ta’ Sejħa għal Proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Programm Hercule III, b’mod partikolari l-Artikolu 8(a) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2015, b’mod partikolari t-Taqsima 6.1, l-azzjonijiet: 1, 2, 3 u 6 (“Azzjonijiet speċifiċi għall-assistenza teknika”).

    Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għal Proposti għal “Assistenza Teknika”.

    2.   Applikanti eliġibbli

    Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm huma amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali (“Applikanti”) ta’ Stat Membru li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

    3.   Azzjonijiet eliġibbli

    L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament skont din is-Sejħa għal Proposti huma:

    1.

    L-akkwist u l-manutenzjoni ta’ għodod u metodi ta’ investigazzjoni, inkluż taħriġ speċjalizzat meħtieġ biex jitħaddmu l-għodod ta’ investigazzjoni;

    2.

    L-akkwist u l-manutenzjoni ta’ apparati (scanners) u annimali biex bihom jitwettqu spezzjonijiet ta’ containers, trakkijiet, vaguni tal-ferrovija u vetturi fil-fruntieri interni u esterni tal-Unjoni sabiex ikunu identifikati prodotti li jiddaħħlu b'kuntrabandu u prodotti ffalsifikati;

    3.

    L-akkwist, il-manutenzjoni u l-interkonnessjoni tas-sistemi għar-rikonoxximent tal-pjanċi tal-vetturi (sistemi ta’ rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi - ANPRS -Automated Number Plate Recognition Systems) jew għall-kodiċi tal-containers;

    4.

    L-akkwist ta’ servizzi għall-appoġġ tal-kapaċità tal-Istati Membri biex jaħżnu u jeqirdu sigaretti u tabakk sekwestrati.

    4.   Baġit

    Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-Sejħa huwa ta’ EUR 8 050 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif dovut, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli. Fis-Sejħa hemm elenkati l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u dawk debitament ġustifikati. Il-limitu minimu għall-baġit ta’ azzjoni li titressaq f’applikazzjoni ġie stabbilit għal: EUR 100 000.

    Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

    5.   Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

    L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard minn: it-Tlieta, 15 ta’ Settembru 2015.

    6.   Informazzjoni ulterjuri

    Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-Sejħa għal Proposti jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit fuq l-internet:

    http://ec.europa.eu/anti_fraud/policy/hercule/index_en.htm

    Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

    OLAF-FMB-HERCULE-TA@ec.europa.eu

    Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida għall-mili tal-Formola ta’ Applikazzjoni fuq is-sit web tal-internet tal-OLAF (tal-Kummissjoni).


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2234 tat-8 ta’ April 2015 li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2015 u l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III.


    Top