EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/223/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 223, 8.7.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 223/07)

1.

Fit-30 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Grupo Antolín-Irausa S.A. (“Grupo Antolín”, Spanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni fuq negozji identifikati ta’ Magna Interiors (“Magna Interiors”), unità operatorja li Magna International, Inc. hija l-proprjetarja tagħha kollha kemm hi (il-Kanada), permezz tax-xiri ta’ assi u ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Grupo Antolín: il-manifattura u l-forniment globali tal-komponenti ta’ ġewwa tal-karozzi, inklużi sistemi u komponenti tas-saqaf, bibien, seats, dwal u trimjatura.

—   għal Magna Interiors: il-manifattura u l-forniment globali ta’ komponenti ta’ ġewwa tal-l-karozzi, inklużi sistemi u komponenti tas-saqaf, sistemi ta’ sidewall u trimjatura, sistemi ta’ ġestjoni tal-merkanzija u s-sistemi tal-kabina tal-pilota.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top