This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/220/06
Prior notification of a concentration (Case M.7630 — FedEx/TNT Express) (Text with EEA relevance)
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7630 — FedEx / TNT Express) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7630 — FedEx / TNT Express) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 220, 4.7.2015, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/15 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7630 — FedEx / TNT Express)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 220/06)
1. |
Fis-26 ta' Ġunju 2015 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża FedEx Corporation (“FedEx”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża TNT Express NV kollha kemm hi (“TNT”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta' offerta pubblika mħabbra fis-7 ta' April 2015. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal FedEx: servizzi ta' konsenja internazzjonali ta' pakketti żgħar, tat-trasport tal-merkanzija kif ukoll servizzi ta' transport tal-merkanzija permezz tan-netwerk globali integrat tagħha; — għal TNT: servizzi ta' konsenja internazzjonali ta' pakketti żgħar u tat-trasport tal-merkanzija. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7645 — FedEx / TNT Express, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).