Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/139/03

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7597 — Sabadell/TSB) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 139, 28.4.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/3


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7597 — Sabadell/TSB)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 139/03)

    1.

    Fl-20 ta’ April 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Banco de Sabadell, S.A. (“Sabadell”, Spanja) jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ TSB Banking Group plc (“TSB”, ir-Renju Unit) permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Sabadell: il-provvista ta’ servizzi bankarji u ta’ assigurazzjoni prinċipalment fi Spanja,

    —   għal TSB: il-provvista ta’ servizzi ta’ retail banking għal individwi u ta’ servizzi bankarji korporattivi għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u servizzi ta’ ħlas b’karta ta’ kreditu fir-Renju Unit.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7597 — Sabadell/TSB, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top