Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/112/08

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7444 — Constellation Hotels Holding Limited S.C.A./InterContinental Hotels Group/InterContinental Paris Le Grand Hotel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 112, 2.4.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/21


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7444 — Constellation Hotels Holding Limited S.C.A./InterContinental Hotels Group/InterContinental Paris Le Grand Hotel)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 112/08)

    1.

    Fil-25 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Constellation Hotels Holdings Ltd S.C.A. (“Constellation”, il-Lussemburgu) u InterContinental Hotels Group (“IHG”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża InterContinental Paris Le Grand Hotel kollha kemm hi (“Le Grand Hotel”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt ta’ maniġment.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Constellation zzjoni takkwista u għandha lukandi u proprjetà immobbli.

    IHG jopera, jiffrankiġja u għandu lukandi fuq bażi dinjija.

    Le Grand Hotel hija lukanda ta’ erba’ stilel li tinsab f’Pariġi, Franza.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7444 — Constellation Hotels Holding Limited S.C.A./InterContinental Hotels Group/InterContinental Paris Le Grand Hotel, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top