EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/055/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7459 — Becton Dickinson and Company/CareFusion) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 55, 14.2.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7459 — Becton Dickinson and Company/CareFusion)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 55/09)

1.

Fis-6 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Becton Dickinson and Company (“Becton Dickinson”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża CareFusion Corporation kollha kemm hi (“CareFusion”) it-tnejn fl-Istati Uniti, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal Becton Dickinson: attivitajiet fl-industrija tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ apparati mediċi, sistemi ta’ strumenti u reaġenti. Hija ffokata fuq prodotti mediċinali maħsuba biex itejbu t-twassil tal-mediċini, u biex issaħħaħ il-kwalità u l-ħeffa ta’ dijanjosi ta’ mard infettiv u l-kanċer, kif ukoll fuq ir-riċerka, l-iskoperta u l-produzzjoni ta’ mediċini u vaċċini ġodda,

—   Għal CareFusion: attivitajiet fl-industrija tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari l-provvista ta’ diversi prodotti u servizzi lil sptarijiet bħal pompi u settijiet ta’ infużjoni fil-vina, l-għoti u sistemi awtomatizzati ta’ identifikazzjoni tal-pazjent, il-ventilazzjoni u prodotti tan-nifs, strumenti kirurġiċi, eċċ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7459 — Becton Dickinson and Company/CareFusion, f’ dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top