EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/055/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7478 — Aviva/Friends Life/Tenet) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 55, 14.2.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7478 — Aviva/Friends Life/Tenet)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 55/08)

1.

Fis-6 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Aviva Plc (“Aviva”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriżi Friends Life Group Limited (“Friends Life”, Guernsey) u Tenet Group Limited (“Tenet”, ir-Renju Unit) kollha kemm huma permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Aviva: il-provvista ta' assikurazzjoni fuq il-ħajja, assikurazzjoni mhux tal-ħajja, ġestjoni tal-assi u servizzi ta' riassikurazzjoni prinċipalment fir-Renju Unit, Franza u l-Kanada, iżda wkoll f'postijiet oħra fl-Ewropa u l-Asja;

—   għal Friends Life: il-provvista ta’ assikurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assikurazzjoni fir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Emirati Għarab Magħquda, Singapor, Ħong Kong u l-Isle of Man;

—   għal Tenet: distribuzzjoni ta’ servizzi tal-assikurazzjoni u servizzi relatati fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7478 — Aviva/Friends Life/Tenet, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top