Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/006/05

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7469 — Itochu / Hitachi Construction Machinery / Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia / JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 6, 10.1.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/5


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7469 — Itochu / Hitachi Construction Machinery / Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia / JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 6/05)

    1.

    Fit-23 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Itochu Corporation (“Itochu Group”, il-Ġappun) u Hitachi Construction Machinery Co., Ltd u PT Hexindo Adiperkasa Tbk (“Hitachi Group”, il-Ġappun) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' PT Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia (“JV”, l-Indoneżja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Itochu Group: kummerċ mad-dinja kollha ta' diversi prodotti bħalma huma tessuti, makkinarju, metalli, minerali, enerġija, kimiċi, ikel, teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, realty; assigurazzjoni, servizzi ta’ loġistika, kostruzzjoni u finanzi.

    —   Hitachi Group: il-manifattura mad-dinja kollha ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni b’enfasi fuq skavaturi idrawliċi u l-bejgħ loaders bir-roti, trakkijiet off-road tal-iskart u xi prodotti oħra.

    —   JV: provvista ta' servizzi finanzjarji lil klijenti u negozjanti fir-rigward ta' xiri tal makkinarji u trakkijiet tal-kostruzzjoni ta' Hitachi Group fl-Indonesja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7469 — Itochu / Hitachi Construction Machinery / Hitachi Construction Machinery Finance Indonesia / JV, f'dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top