Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument C2014/465/05

    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7470 — Schibsted/Telenor/SoBazaar JV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 465, 24.12.2014, S. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 465/5


    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

    (Il-Każ M.7470 — Schibsted/Telenor/SoBazaar JV)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/C 465/05)

    Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

    Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

    f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7470. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    nach oben