Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/407/02

    L-inapplikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għal operazzjoni nnotifikata (Il-Każ M.7253 — Groupe Lagardère/SNCF Participations/JV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 407, 15.11.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 407/3


    L-inapplikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għal operazzjoni nnotifikata

    (Il-Każ M.7253 — Groupe Lagardère/SNCF Participations/JV)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    2014/C 407/02

    Fil-25 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-operazzjoni notifikata fil-każ ta’ hawn fuq ma taqax fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) billi hija ma tikkostitwixxix konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament imsemmi. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

    Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

    f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7253. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top