This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/304/04
Prior notification of a concentration (Case M.7344 — Warburg Pincus/Banco Santander/Coffer) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7344 — Warburg Pincus/Banco Santander/Coffer) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7344 — Warburg Pincus/Banco Santander/Coffer) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 304, 9.9.2014, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7344 — Warburg Pincus/Banco Santander/Coffer)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 304/04
1. |
Fl-1 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-affiljati ta’ Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Santander Banco de Emisiones, S.A. (li għandha tissemma mill-ġdid Santander Services, S.A., Spanja) u, indirettament, f’ċerti sussidjarji fi Spanja, il-Brażil u l-Messiku (kollettivament, “Coffer”), permezz ta’ xiri ta’ ishma. Coffer hija bħalissa unikament ikkontrollata minn Banco Santander S.A. (“Santander”, Spanja). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Warburg Pincus: kumpanija ta’ ekwità privata, attiva globalment f’varjetà ta’ setturi, inklużi dawk tal-konsumaturi, dawk industrijali u servizzi (CIS), enerġija, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjoni (TMT), — Santander: hija l-kumpanija prinċipali ta’ grupp internazzjonali ta’ banek u kumpaniji finanzjarji li joperaw fl-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Amerika Latina. Hija attiva fis-servizzi bankarji ġenerali, ġestjoni tal-assi, servizzi bankarji korporattivi u għall-investiment, servizzi ta' teżorerija u assigurazzjoni, — Coffer: hija fornitur ta’ servizzi ta’ kustodja u amministrazzjoni ta’ fondi fi Spanja, il-Brażil u l-Messiku. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu lilha stess il-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7344 — Warburg Pincus/Banco Santander/Coffer, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Ġu C 366, 14.12.2013, p. 5.