Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/249/04

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7334 — Oracle/MICROS) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 249, 31.7.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/32


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7334 — Oracle/MICROS)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/C 249/04)

    1.

    Fl-24 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Oracle Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża MICROS Systems, Inc.(l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Oracle Corporation, l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ softwer għall-impriżi, inkluż middleware, softwer tad-dejtabejżis u softwer għall-applikazzjonijiet għall-impriżi u servizzi relatati, kif ukoll ħardwer għall-impriżi, inklużi servers, apparat tad-dejtabeljżis u ħażna.

    MICROS Systems, Inc.: l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ ħardwer, softwer u servizzi għall-industrija tal-bejgħ bl-imnut u tal-industrija tal-ospitalità (lukandi, ristoranti, barijiet, casinos u postijiet oħra).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7334 — Oracle/MICROS, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Merger Registry

    1049 Brussels/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top