This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/227/12
Prior notification of a concentration (Case M.7305 — TDR Capital/Delek Europe) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7305 — TDR Capital/Delek Europe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7305 — TDR Capital/Delek Europe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 227, 17.7.2014, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7305 — TDR Capital/Delek Europe)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 227/12
1. |
Fid-9 ta’ ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l- Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TDR Capital LLP (“TDR”, ir-Renju Unit) permezz ta’ kumpanija inkorporata ġdida DEL Acquisitions B.V. (“DEL”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista l-kontroll waħdieni tal-impriża Delek Europe B.V. (“Delek Europe”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7305 — TDR Capital/Delek Europe, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.