EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/200/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7255 — BSPIH / KFG / Flint) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/64


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7255 — BSPIH / KFG / Flint)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 200/07)

1.

Fid-19 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Broad Street Principal Investments Holdings, LP (“BSPIH”, l-Istati Uniti tal-Amerika) bażikament ikkontrollata minn The Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u KFG Investment, LLC (“KFG”, l-Istati Uniti tal-Amerika); kumpanija ta’ investiment bażikament ikkontrollata minn Koch Industries, Inc. (“Koch Industries”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Flint Group GmbH (“Flint”, il-Ġermanja) kollha kemm hi permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   għal Goldman Sachs: investiment bankarju globali, ġestjoni ta’ titoli u investiment,

—   għal Koch Industries: manifattura, kummerċ u servizzi f’diversi industriji, bħall-produzzjoni ta’ fjuwil, petrokimiċi u asfalt; tħaddim tal-pipelines u kummerċ fiż-żejt u komoditajiet oħra; manifattura ta’ polpa, karta u l-ippakkjar; prodotti tal-bini u kimiċi; intermedjarji kimiċi, polimeri u fibri; fertilizzanti; il-proċess u t-tagħmir ta’ kontroll u teknoloġiji tat-tniġġis; u ranching,

—   għal Flint: manifattur globali u fornitur ta’ inka għall-istampar u prodotti oħra tal-istampar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7255 — BSPIH / KFG / Flint, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top