EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/167/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7244 — China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center/Alcatel-Lucent Enterprise Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7244 — China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center/Alcatel-Lucent Enterprise Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 167/10

1.

Fis-27 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center (“China Huaxin”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tan-negozju ta’ soluzzjonijiet għall-intrapriżi tal-Alcatel-Lucent (“ALE”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal China Huaxin: investmenti fis-setturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, kif ukoll

—   għal ALE: provvista ta’ hardware u software għal komunikazzjonijiet tal-intrapriżi u soluzzjonijiet tan-netwerk.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7244 — China Huaxin Post and Telecommunication Economy Development Center/Alcatel-Lucent Enterprise Business, f’ dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top