This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/379/11
New national sides of euro circulation coins
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 379, 28.12.2013, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 379/9 |
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
(2013/C 379/11)
Il-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro (1) bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati mitluba li jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku b'mod ġenerali.
|
|
|
|
1 ĊENTEŻMU TAL-EURO |
2 ĊENTEŻMI TAL-EURO |
5 ĊENTEŻMI TAL-EURO |
10 ĊENTEŻMI TAL-EURO |
|
|
|
|
20 ĊENTEŻMU TAL-EURO |
50 ĊENTEŻMU TAL-EURO |
1 EURO |
2 EURO |
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Data tal-ħruġ: Jannar 2014
Deskrizzjoni tad-disinji: Il-muniti taċ-ċenteżmu, taż-2 ċenteżmi u tal-5 ċenteżmi tal-euro juru l-profil tax-xellug tal-Kap tal-Istat il-ġdid, il-Papa Franġisku. Il-kliem “CITTÀ DEL VATICANO” fuq, f'nofs tond. Is-sena tal-ħruġ “2014” u l-marka taz-zekka “R” fuq il-lemin.
Il-muniti tal-10 ċenteżmi, tal-20 ċenteżmu u tal-50 ċenteżmu tal-euro juru l-wiċċ tal-Kap tal-Istat il-ġdid, il-Papa Franġisku. Il-kliem “CITTÀ DEL VATICANO” fuq, f'nofs tond. Is-sena tal-ħruġ “2014” u l-marka taz-zekka “R” fuq il-lemin.
Il-muniti tal-euro u taż-2 euro juru l-wiċċ tal-Kap tal-Istat il-ġdid il-Papa Franġisku kemxejn mdawwar lejn ix-xellug. Il-kliem “CITTÀ DEL VATICANO” fuq, f'nofs tond. Is-sena tal-ħruġ “2014” u l-marka taz-zekka “R” fuq il-lemin.
Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-kitba fuq ix-xifer tal-munita taż-2 euro hija: 2 *, ripetuta sitt darbiet, darba bis-sew darba bil-maqlub.
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, ĠU C 254, 20.10.2006, p. 6 u ĠU C 248, 23.10.2007, p. 8 għal referenza għall-muniti euro l-oħra.