Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/342/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7099 – ARX/Darby/Gramex/GFI) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 342, 22.11.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7099 – ARX/Darby/Gramex/GFI)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 342/09

1.

Fit-18 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ARX CEE III LP (“ARX”, Jersey) u Darby Converging Europe Fund III (SCS) SICAR (“Darby”, il-Lussemburgu), li dan tal-aħħar jappartjeni għal Franklin Resources Inc. (“Franklin Templeton Group”, l-Istati Uniti tal-Amerika), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Gramex 2000 Kereskedelmi Korlátolt Felelġsségű Társaság (“Gramex”, l-Ungerija) u GF Investment Korlátolt Felelősségű Társaság (“GFI”, l-Ungerija) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ARX: fond ta' ekwità privata attiv fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant,

għal Darby: fond ta' ekwità privata li jiffoka fuq investimenti mezzana attiv fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fit-Turkija,

għal Gramex: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' xorb mhux alkoħoliku, fosthom xarbiet bil-gass, kif ukoll bla gass, li jirrinfreskaw,

għal GFI: servzzi ta' bbottiljar għal manifatturi u distributuri b'tikketta privata, fosthom xarbiet mhux alkoħoliċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7099 – ARX/Darby/Gramex/GFI, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top