EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/342/05

Sejħa għal proposti – EACEA/18/13 – Programm ta’ azzjoni tal-Erasmus Mundus għall-2009-2013 – Implimentazzjoni fl-2014

ĠU C 342, 22.11.2013, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/5


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/18/13

Programm ta’ azzjoni tal-Erasmus Mundus għall-2009-2013

Implimentazzjoni fl-2014

2013/C 342/05

Għanijiet tal-Programm

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE (1) tas-16 ta’ Diċembru 2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew il-pjan ta’ azzjoni tal-Erasmus Mundus għall-perjodu 2009-2013. L-għan ġenerali tal-programm Erasmus Mundus huwa li jippromwovi edukazzjoni ogħla Ewropea, biex jgħin fit-titjib u t-tisħiħ tal-prospetti ta’ karriera tal-istudenti u li jippromwovi fehim interkulturali permezz tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, skont l-għanijiet tal-politika esterna tal-UE sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla.

L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma:

li jippromwovi kooperazzjoni strutturata bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u offerta ta’ kwalità mtejba f’edukazzjoni ogħla b’valur miżjud distint Ewropew, li jkun attraenti kemm fi ħdan l-Unjoni u lil hinn mill-konfini tagħha, bil-għan li jinħolqu ċentri ta’ eċċellenza;

li jikkontribwixxi għall-arrikkiment reċiproku ta’ soċjetajiet permezz tal-iżvilupp tal-kwalifiki ta’ nisa/rġiel sabiex ikollhom ħiliet xierqa, b’mod partikolari fir-rigward tas-suq tax-xogħol, u jkunu moħħhom miftuħ u b’esperjenza internazzjonali permezz tal-promozzjoni tal-mobbiltà għall-istudenti u l-akkademiċi bl-aħjar talenti minn pajjiżi terzi sabiex jiksbu kwalifiki u/jew esperjenza fl-Unjoni Ewropea u għall-istudenti u l-akkademiċi Ewropej bl-aħjar talenti għal pajjiżi terzi;

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għall-kapaċità tal-kooperazzjoni internazzjonali ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi permezz ta’ żieda fil-flussi tal-mobbiltà bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi;

li jtejjeb l-aċċessibbiltà u t-titjib tal-profil u l-viżibbiltà tal-edukazzjoni ogħla Ewropea madwar id-dinja, kif ukoll l-attrazzjoni tagħha għaċ-ċittadini u n-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u tal-Unjoni.

Il-Gwida għall-Programm Erasmus Mundus u l-formoli ta’ applikazzjoni rilevanti għall-azzjonijiet ikkonċernati huma disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/erasmus_mundus/funding/higher_education_institutions_en.php

A.   Azzjoni 2 – Sħubijiet ta’ Erasmus Mundus

Avviż

Is-sejħa għal proposti qed titnieda bi klawżola sospensiva li tikkonċerna l-finanzjament allokat għal-lott 10 (l-Afrika t’Isfel) u għal parti mill-finanzjament għal-lottijiet 7 u 8 (reġjonali għall-Amerika Latina), l-aktar il-finanzjament allokat għall-mobbiltà tal-UE lil pajjiżi terzi. L-għotjiet li jingħataw għal proġetti għal-lott 10 u l-finanzjament għat-tip ta’ mobbiltà tal-UE tal-lottijiet 7 u 8 ikunu soġġetti għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni Ewropea.

Din l-azzjoni għandha l-għan li trawwem il-kooperazzjoni strutturata bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla ta’ pajjiżi Ewropej u ta’ pajjiżi terzi permezz tal-promozzjoni tal-mobbiltà fil-livelli kollha ta’ studji għal studenti (li jistudjaw għall-ewwel lawrja u għall-masters), kandidati għal dottorat u wara dottorat, riċerkaturi, persunal akkademiku u amministrattiv (mhux ir-reġjuni u l-lottijiet kollha jistgħu jinkludu t-tipi kollha ta’ fluss ta’ mobbiltà).

Azzjoni 2 – Sħubijiet ta’ Erasmus Mundus (EMA2) huma maqsumin f’żewġ faxex:

Azzjoni 2 tal-Erasmus Mundus – FAXXA 1 – Sħubijiet ma’ pajjiżi koperti mill-istrumenti ENPI, DCI, IPA u ICI (ICI +) (2);

L-Azzjoni 2 tal-Erasmus Mundus – FAXXA 2 – Sħubijiet ma’ pajjiżi u territorji koperti mill-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (ICI).

A.1.   Parteċipanti eliġibbli, pajjiżi u kompożizzjoni tas-sħubija

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-parteċipanti eliġibbli u għall-kompożizzjoni tas-sħubijiet huma speċifikati fil-Gwida tal-Programm fis-sezzjoni 6.1.2.a għal EMA2-FAXXA 1 u fis-sezzjoni 6.2.2.a għal EMA2-FAXXA 2, u fil-“Linji gwida għas-sejħa għal proposti EACEA/18/13” fis-sezzjoni 5.4.1 għal EMA2-FAXXA 1 u fis-sezzjoni 5.4.2 għal EMA2-FAXXA 2.

A.2.   Attivitajiet eliġibbli

L-attivitajiet eliġibbli huma speċifikati fil-Gwida tal-Programm fis-sezzjoni 6.1.2.b għal EMA2-FAXXA 1 u fis-sezzjoni 6.2.2.b għal EMA2-FAXXA 2, u fil-“Linji gwida għas-sejħa għal proposti EACEA/18/13” fis-sezzjoni 5.4.1 għal EMA2-FAXXA 1 u fis-sezzjoni 5.4.2 għal EMA2-FAXXA 2.

A.3.   Kriterji ta’ għoti

Applikazzjonijiet ta’ EMA2-FAXXA 1 ikunu vvalutati skont il-kriterji ta’ għoti li ġejjin:

Kriterji

Piż

1.

Rilevanza

25 %

2.

Kwalità

65 %

2.1.

Kompożizzjoni tas-sħubija u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni

20 %

2.2.

Organizzazzjoni u implimentazzjoni tal-mobbiltà

25 %

2.3.

Faċilitajiet għall-istudenti/il-persunal u segwitu

20 %

3.

Sostenibbiltà

10 %

Total

100 %

Applikazzjonijiet ta’ EMA2-FAXXA 2 ikunu vvalutati skont il-kriterji ta’ għoti li ġejjin:

Kriterji

Piż

1.

Rilevanza

25 %

2.

Kontribuzzjoni għall-eċċellenza

25 %

3.

Kwalitá

50 %

3.1.

Kompożizzjoni tas-sħubija u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni

15 %

3.2.

Organizzazzjoni u implimentazzjoni tal-mobbiltà

20 %

3.3.

Faċilitajiet għall-istudenti/il-persunal u segwitu

15 %

Total

100 %

A.4.   Baġit

L-ammont globali disponibbli għal din is-sejħa għal proposti huwa ta’ madwar EUR 78 657 500, li jimmira għal fluss minimu ta’ mobbiltà ta’ 2 808 individwu.

Il-baġit disponibbli għall-istrumenti kollha ta’ kooperazzjoni ta’ EMA2-FAXXA 1 huwa ta’ EUR 73 457 500 li jimmira għal mobbiltà minima ta’ 2 696 individwu, inkluż il-baġit ta’ EUR 12 300 000 għall-istrument ICI + li jippromwovi l-mobbiltà tal-UE għal pajjiżi terzi skont l-istrument tad-DCI u li jimmira għal mobbiltà minima ta’ 381 individwu.

Il-baġit disponibbli għal EMA2-FAXXA 2 huwa ta’ EUR 5 200 000, li jimmira għal mobbiltà ta’ 112 individwu.

A.5.   Data ta’ għeluq għas-sottomissjoni

Id-data ta’ għeluq għas-sottomissjoni għall-Azzjoni 2 tal-Erasmus Mundus - Sħubijiet hija t-3 ta’ Marzu 2014 f’12.00 (nofsinhar) Ħin Ċentrali Ewropew.

L-Aġenzija ħolqot sistema għas-sottomissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet kollha. Għal din is-sejħa għal proposti, l-applikanti għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom billi jużaw formola elettronika disponibbli minn Frar 2014.

Is-sottomissjoni elettronika biss (inklużi l-annessi) għandha titqies bħala l-applikazzjoni formali valida.

Barra minn hekk, għandha tinbagħat kopja stampata waħda bil-posta reġistrata li tkun identika għas-sottomissjoni elettronika (inklużi l-annessi) bħala kopja ta’ riżerva fl-indirizz li ġej sad-data ta’ għeluq għas-sottomissjoni:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

Call for proposti EACEA/18/13 — Action 2

BOU 02/029

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Ikunu aċċettati biss l-applikazzjonijiet sottomessi sad-data ta’ għeluq u f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-formoli ta’ applikazzjoni rilevanti. L-applikazzjonijiet sottomessi fuq karta, bil-faks jew direttament b’email ma jkunux eżaminati.


(1)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83.

(2)  ENPI – Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija

DCI – Strument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

IPA – Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni

ICI – Strument għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli. Dan jinkludi l-promozzjoni ta’ rabtiet bejn il-popli biex tiġi ssupplimentata l-Azzjoni 2 tal-Erasmus Mundus u fid-dawl tal-adozzjoni tar-reviżjoni tal-ICI f’Diċembru 2011, din tgħin ukoll il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal akkademiku tal-Unjoni Ewropea għal pajjiżi terzi (L-ICI + mil-Lottijiet rilevanti)


Top