Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/300/06

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6954 – KNB/UWI/Mitsui/Medini Iskandar Malaysia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 300, 16.10.2013, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/23


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6954 – KNB/UWI/Mitsui/Medini Iskandar Malaysia)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 300/06

    1.

    Fid-9 ta’ Ottubru 2013, Il-Kummissjoni irċeiet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Khazanah Nasional Berhad (“KNB”, il-Malasja), UWI Capital (One) Limited (“UWI”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u Mitsui & Co. Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun) jakkwistaw fi ħdan it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Medini Iskandar Malaysia Sdn Bhd (“Medini Iskandar Malaysia”, il-Malasja) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal KNB: Il-fond ta' investiment strateġiku tal-Gvern tal-Malasja b’investimenti f’kumpaniji ta' proprjetà immobbli u ta’ kostruzzjoni, fil-finanzi, fil-midja u l-komunikazzjoni, fl-utilitajiet, fit-teknoloġija tal-informazzjoni u fl-industriji tat-trasport,

    għal UWI: kumpanija ta’ investiment prinċipalment involuta f’negozju ta’ żvilupp tal-art,

    għal Mitsui: kumpanija intermedjarja tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ewlenija involuta f'għadd ta' komoditajiet u kummerċ ieħor, inkluż il-proprjetà immobbli,

    għal Medini Iskandar Malaysia: l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-proġett tal-belt ta' Medini f'Iskandar, il-Malasja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6954 – KNB/UWI/Mitsui/Medini Iskandar Malaysia, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top