This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/219/07
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 219, 31.7.2013, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2013/C 219/07
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Portugall
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: il-250 sena anniversarju minn mindu nbena it-“Torre dos Clérigos”
Deskrizzjoni tad-disinn: It-torri huwa muri kif jistgħu jarawh in-nies fit-triq meta jkunu viċin tiegħu, maġenb il-veduta tipika ta' Oporto kif tidher min-naħa tan-Nofsinhar tax-xmara Douro. Fuq nett, f’nofs ċirku, l-iskrizzjoni “250 ANOS TORRE DOS CLÉRIGOS — 2013”. Fuq in-naħa t’isfel fuq il-lemin, l-arma Portugiża u taħtha l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “PORTUGAL”. Fuq ix-xellug, il-marka taz-zekka u isem l-artist “INCM — HUGO MACIEL”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu:
Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2013
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).