Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/214/06

    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    ĠU C 214, 27.7.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 214/9


    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    2013/C 214/06

    Image

    Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Pajjiżi l-Baxxi

    Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

    Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: l-aħbar tal-abdikazzjoni tat-tron mill-Maestà Tagħha r-Reġina Beatrix

    Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq in-naħa ta’ barra d-disinn juri l-effiġja tar-Reġina Beatrix u fuq in-naħa ta’ wara, parzjalment mgħottija mill-effiġja tar-Reġina, l-effiġja tal-Prinċep ta' Orange. Fiċ-ċirkoskrizzjoni madwar iż-żewġ effiġji wieħed jista’ jaqra: WILLEM-ALEXANDER PRINS VAN ORANJE (simbolu tal-kuruna) BEATRIX KONINGIN DER NEDERLANDEN (marka taz-zekka) 28 januari 2013 (marka tad-direttur taz-zekka).

    Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

    Numru ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 20 miljun

    Data tal-ħruġ: Frar 2013


    (1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top