Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/183/14

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6937 – UTC/TCC/TCAC JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 183, 28.6.2013, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 183/32


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6937 – UTC/TCC/TCAC JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 183/14

    1.

    Fl-20 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriżi Carrier Asia Limited, sussidjarja ta' proprjetà assoluta ta' United Technologies Corporation (“UTC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Toshiba Carrier Corporation (“TCC”, il-Ġappun), impriża konġunta bejn UTC u Toshiba Corporation (“Toshiba”, il-Ġappun), jakkwistaw fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Toshiba Carrier Air Conditioning (China) Co., Ltd. (“TCAC”, Iċ-Ċina) permezz tax-xiri ta' ishma f'din il-kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal UTC: provvista ta’ prodotti u servizzi ta’ teknoloġija għolja għas-sistemi tal-bini u l-industrji ajruspazjali. L-impriża hija attiva, fost affarijiet oħra, fid-disinn, il-manifattura u l-provvista ta' soluzzjonijiet ta' tisħin, klimatizzazzjoni u refriġerazzjoni,

    għal TCC: id-disinn, il-manifattura u l-provvista ta' soluzzjonijiet ta' klimatizzazzjoni,

    għal TCAC: id-disinn, il-manifattura, il-bejgħ bl-ingrossa, l-esportazzjoni u l-importazzjoni, u senserija bil-kummissjoni ta' prodotti ta' klimatizzazzjoni fiċ-Ċina.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6937 – UTC/TCC/TCAC JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top