This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/118A/01
Notice of open competitions — EPSO/AD/252/13 (AD 9) and EPSO/AD/253/13 (AD 12)
Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/252/13 (AD 9) u EPSO/AD/253/13 (AD 12)
Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/252/13 (AD 9) u EPSO/AD/253/13 (AD 12)
ĠU C 118A, 25.4.2013, p. 1–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 118/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
EPSO/AD/252/13 (AD 9) u EPSO/AD/253/13 (AD 12)
(2013/C 118 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq testijiet, sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta'
KAPIJIET TAL-UNITÀ (1)
TA' ĊITTADINANZA KROATA (HR)
fl-oqsma li ġejjin:
1. |
Liġi |
2. |
Ekonomija |
3. |
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi pożizzjonijiet vakanti fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fil-Kummissjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 u fuq il-websajt tal-EPSO, ħlief il-punti 4, 5.3, 5.4, 6.2 u 6.3. Il-punti 5.3, 5.4 u 6.2 huma sostitwiti bit-test fl-Anness.
Din il-gwida, li hija parti integrali mill-Avviż ta' Kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
WERREJ
I. |
QAFAS ĠENERALI |
II. |
DMIRIJIET |
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
IV. |
TESTIJIET TA' AMMISSJONI |
V. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI |
VI. |
ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI U EŻAMIJIET |
VII. |
LISTI TA' RIŻERVA |
VIII. |
KIF TAPPLIKA? |
ANNESS |
I. QAFAS ĠENERALI
|
||||||||
EPSO/AD/252/13 (AD 9) |
EPSO/AD/253/13 (AD 12) |
|||||||
|
5 |
|
4 |
|||||
|
8 |
|
6 |
|||||
|
7 |
|
5 |
|||||
|
Int tista' tapplika għal kompetizzjoni waħda u qasam wieħed biss. Din l-għażla għandha ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. Madankollu, jekk inti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni AD 12 iżda tissodisfa dawk għal AD 9, il-bord ta' Selezzjoni jista', bil-permess tiegħek, jerġa' jassenja l-applikazzjoni tiegħek għall-kompetizzjoni AD 9. Din l-assenjazzjoni mill-ġdid issir fil-mument tal-ammissjoni. Qed tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati li din il-kompetizzjoni timmira essenzjalment li tiggarantixxi l-integrazzjoni ta' kwota minima ta' persunal fil-funzjoni pubblika tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja. Hija garanzija essenzjali biex jinżamm il-prinċipju ta' kontinwità amministrattiva rikonoxxut mill-Qrati tal-Unjoni Ewropea u għat-tħaddim tajjeb ta' din il-funzjoni pubblika. Iridu jiġu stabbiliti minn issa l-miżuri preparatorji għal dan l-għan, bla preġudizzju għall-proċess ta' ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni u tar-regoli meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu. Il-validità tal-lista ta' riżerva hija għalhekk soġġetta għall-kundizzjoni ta' ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni mill-Istati Membri kollha. Fil-każ li t-Trattat ta' Adeżjoni ma jiġix ratifikat jew jekk ir-regoli msemmija ma jidħlux fis-seħħ, il-kandidati jiġu infurmati li l-proċess tal-għażla jista' jieqaf fi kwalunkwe stadju u jekk dan ikun ġie konkluż, il-kandidati fuq il-lista ta' riżerva ma jistgħu jinvokaw l-ebda dritt minn ċirkostanza bħal din. |
II. DMIRIJIET
F'dawn l-oqsma kollha, l-attività prinċipali tinvolvi dmirijiet ta' tmexxija fil-livell ta' kap tal-unità, ġeneralment taħt l-awtorità ta' direttur ġenerali jew direttur. Id-dmirijiet huma kklassifikati fi tliet kategoriji:
Fil-livell operattiv
— |
Id-definizzjoni tal-għanijiet strateġiċi tal-unità u l-approvazzjoni tal-programm ta' ħidma tagħha, li jikkomplementaw u li huma konformi ma' dawk tad-Direttorat/Direttorat Ġenerali. |
— |
L-istabbiliment u l-iżgurar tal-organizzazzjoni u l-qsim effiċjenti tax-xogħol fl-unità sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija. |
— |
L-evalwazzjoni tal-grad ta' twettiq tal-għanjiet permezz tal-indikaturi adattati u t-tfassil ta' rapporti ta' ġestjoni dwar ir-riżultati miksuba. |
— |
Il-verifika tal-konformità tad-deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet regolamentari u l-proċeduri uffiċjali. |
Fil-livell tal-ġestjoni tar-riżorsi
— |
L-iżgurar ta' ġestjoni effiċjenti tal-persunal, skont il-politika tal-istituzzjoni f'dak li jirrigwarda riżorsi umani, immirat lejn l-iżvilupp ta' unità b'rendiment għoli bi spirtu qawwi ta' kollaborazzjoni. Dan ifisser b'mod partikolari l-ħila li jiġu żviluppati u utilizzati bl-aħjar mod il-ħiliet ta' kull individwu, kif ukoll li jiġu antiċipati u ġestiti kunflitti eventwali fit-tim. |
— |
Id-determinazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji u l-ġestjoni tar-riżorsi baġitarji annwali allokati lill-unità. |
Fil-livell tal-komunikazzjoni u tar-rappreżentazzjoni
— |
L-istabbiliment u ż-żamma ta' djalogu interattiv fl-unità biex il-persunal ikun infurmat sewwa dwar l-aspetti strateġiċi u politiċi ewlenin u jirċievi rispons xieraq dwar il-ħidma tiegħu. |
— |
L-iżgurar tad-dmirijiet ta' konsulenza, koordinazzjoni u/jew negozjar ma' servizzi jew ma' istituzzjonijiet oħra dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol tal-unità. |
— |
Ir-rappreżentazzjoni tal-unità, tad-dipartiment jew tas-servizz fil-kumitati, fi gruppi ta' ħidma jew f'entitajiet oħra kemm fl-Istituzzjoni kif ukoll lil hinn minnha. |
Dawn ir-responsabbiltajiet jesiġu kandidati li huma orjentati lejn is-servizz, li għandhom sens ta' organizzazzjoni, u li huma miftuħa għal teknoloġiji ġodda.
Barra l-attività prinċipali ta' ġestjoni, għandek tieħu nota tal-kompiti speċifiċi għal kull qasam ta' din il-kompetizzjoni, kif ġej:
Qasam 1: Liġi
— |
It-tfassil, it-tħejjija u l-analiżi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tagħha (il-kuntatti mal-amministrazzjonijiet u mal-Istati Membri; mistoqsijiet miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea; fejn meħtieġ, l-eżami ta' fajls prekontenzjużi relatati ma' ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea). |
— |
L-għoti ta' parir legali lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet tagħhom dwar kwistjonijiet speċifiċi u dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea. |
— |
It-twettiq ta' diversi dmirijiet fil-qasam tat-tilwim, it-tfassil ta' pożizzjonijiet u r-rappreżentazzjoni tal-istituzzjonijiet fil-qafas ta' kwistjonijiet kontenzjużi, prinċipalment quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ewwel Istanza jew it-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea. |
— |
Ir-riċerka ta' kwistjonijiet legali relatati mal-Unjoni Ewropea, mal-liġi nazzjonali, jew mad-dritt internazzjonali. |
— |
Is-sehem fin-negozjati jew fi ftehimiet internazzjonali. |
Qasam 2: Ekonomija
— |
Analiżi u valutazzjoni kontinwi tal-ekonomiji tal-Istati Membri u tal-politiki ekonomiċi, baġitarji, monetarji u finanzjari, u t-tfassil tat-tbassir ekonomiku. |
— |
Analiżi tal-ekonomiji ta' pajjiżi terzi. |
— |
Analiżi ekonomika u konsulenza fl-oqsma relatati mal-politika tal-Unjoni Ewropea (il-politika reġjonali, il-kompetizzjoni, il-kummerċ, l-ambjent tan-negozju regolatorju u fiskali, l-industrija, ir-riċerka, l-impjiegi, eċċ.). |
— |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u l-assistenza teknika tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-ġestjoni ta' programmi. |
— |
Analiżi finanzjarja tal-proġetti tal-Unjoni Ewropea. |
— |
Ħidma u konsulenza fil-qasam tal-istatistika (metodoloġija, ġbir, ipproċessar, validazzjoni, analiżi, tfassil ta' proġetti u l-ġestjoni tas-sistemi operattivi). |
Qasam 3: Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
— |
Is-sorveljanza tat-twettiq ta' dmirijiet amministrattivi, konsultattivi jew ta' superviżjoni f'qasam wieħed jew aktar ta' attività tal-istituzzjoni, dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu jikkonċernaw kwistjonijiet interni tal-UE (it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, il-konsum, l-affarijiet soċjali, eċċ.) jew kwistjonijiet esterni (għajnuna għall-iżvilupp, kummerċ, eċċ.). |
— |
It-tfassil ta' approċċi jew azzjonijiet ġodda billi ssir analiżi kif ukoll billi jitwettqu studji speċjalizzati. |
— |
Il-koordinazzjoni tat-tħejjija tax-xogħlijiet ta' gruppi varji ta' ħidma fil-livelli kollha, u s-segwitu tagħhom. |
— |
Il-koordinazzjoni f'livell intern, interistituzzjonali jew internazzjonali, l-applikazzjoni ta' regoli u ta' proċeduri, speċjalment fid-dipartimenti orizzontali tal-Istituzzjoni. |
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Fid-data ta' għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
2.1. |
Kwalifiki |
||||||||
Qasam 1: Liġi |
|
||||||||
Qasam 2: Ekonomija |
|
||||||||
Qasam 3: Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
|
||||||||
2.2. |
Esperjenza professjonali |
||||||||
|
|
||||||||
Grad AD 9 |
irid ikollok tal-inqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet, inklużi 3 snin fil-maniġment u/jew fil-koordinazzjoni tal-persunal li jinvolvu responsabbiltà ta' ġestjoni reali tal-persunal, kif deskritt f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni (ara t-Taqsima II). Biex tiġi vvalutata l-esperjenza f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, il-Bord ta' Selezzjoni se jikkunsidra l-informazzjoni rilevanti mogħtija mill-kandidati, bħal:
|
||||||||
Grad AD 12 |
irid ikollok tal-inqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet, inklużi 5 snin fil-maniġment u/jew fil-koordinazzjoni tal-persunal li jinvolvu responsabbiltà ta' ġestjoni reali tal-persunal, kif deskritt f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni (ara t-Taqsima II). Biex tiġi vvalutata l-esperjenza f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, il-Bord ta' Selezzjoni se jikkunsidra l-informazzjoni rilevanti mogħtija mill-kandidati, bħal:
|
||||||||
2.3. |
Għarfien lingwistiku F'konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-UE (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE huma obbligati jindikaw ir-raġunijiet għalfejn jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni għal għadd ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-UE. Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna. Abbażi ta' prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet fejn għandhom għażla libera. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel it-test fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri ta' tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
||||||||
Lingwa 1 |
|
||||||||
Lingwa 2 |
|
IV. TESTIJIET TA' AMMISSJONI
It-testijiet ta' ammissjoni jsiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-ġurija tiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u tapprova s-suġġett tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek u tkun bgħatt il-fajl tiegħek komplut fil-ħin (ara t-Taqsima VIII). Attenzjoni:
|
|||||||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta': |
|||||||
Test a) |
raġunament verbali |
marki: minn 0 sa 50 punt |
||||||
Test b) |
raġunament numeriku |
marki: minn 0 sa 50 punt |
||||||
|
Il-minimu meħtieġ għat-testijiet a) u b) flimkien huwa ta' 50 punt |
|||||||
|
Lingwa 2 (Franċiż, Ġermaniż jew Ingliż) |
V. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI
Wara t-testijiet ta' ammissjoni, id-dokumenti ġustifikattivi jiġu eżaminati għall-kandidati li jkunu kisbu l-marka minima biex jgħaddu, f'ordni dixxendenti ta' mertu, biex jiġi vverifikat li dawn il-kandidati jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta' eliġibbiltà stipulati fl-avviż tal-kompetizzjoni. Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li jistgħu jiġu ammessi għall-kompetizzjoni u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha għall-ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.
In-numru ta' kandidati ammessi għall-kompetizzjoni jikkorrispondi, għal kull kompetizzjoni u qasam, ma' tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u se jkun ippubblikat fuq is-sit tal-internet tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/). Dawn il-kandidati (2) jkunu mistiedna jipparteċipaw fl-istadju li jkun imiss.
VI. ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI U EŻAMIJIET
L-eżamijiet jinkludu:
Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, it-testijiet li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni u l-eżamijiet orali jsiru fi Brussell, normalment fi ġranet konsekuttivi. |
|||||||||||
|
Qabel l-intervista tiegħek mal-membri tal-ġurija, inti tkun mitlub tieħu sehem f'xi testijiet fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Dawn it-testijiet isiru fil-linwa 2 (bl-Ingliż, bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż). Ir-rapport dwar it-testijiet jiġi kkomunikat lill-Bord ta' Selezzjoni bħala appoġġ espert u kontribuzzjoni teknika fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni. Dawn it-testijiet jinkludu b'mod partikolari:
Minħabba li r-rapport prodott fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni mhuwiex kopert mir-regoli dwar is-segretezza li jirregolaw il-Bord ta' Selezzjoni, ir-rapport taċ-ċentru ta' evalwazzjoni jingħatalek fi tmiem l-eżami orali. |
||||||||||
|
Fil-jum ta' wara l-eżamijiet fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni, tiġi mistieden għal intervista mal-Bord ta' Selezzjoni (fil-lingwa 2 tiegħek) biex dan ikun jista' jikkompleta l-evalwazzjoni tiegħu dwar:
Dan l-eżami jingħata marki minn 0 sa 100 punt (il-minimu meħtieġ huwa 60 punt). |
VII. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-Bord ta' Selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva (3) (ara t-taqsima I.1, In-numru ta' kandidati li jikkwalifikaw) jekk int tkun wieħed mill-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fl-eżami orali. |
||
|
Il-listi għal kull kompetizzjoni jiġu stabbiliti skont il-qasam u f'ordni alfabetika. |
VIII. KIF TAPPLIKA?
|
Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO. Data ta' għeluq: it-28 ta' Mejju 2013 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
|||||||
|
Flimkien mal-applikazzjoni elettronika, għandek tipprintja kopja tal-applikazzjoni elettronika tiegħek li tkun ivvalidajt, tiffirmaha u tibgħatha, mehmuża mad-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, fl-indirizz li ġej:
Data ta' għeluq: it-28 ta' Mejju 2013, it-timbru tal-posta jservi bħala prova Dettalji: ara l-punt 6.1 tal-Gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Fil-każ li fl-aħħar post ikunu jinsabu diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(3) Fil-każ li fl-aħħar post, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
ANNESS
Jekk jogħġbok innota li l-punti:
— |
5.3, |
— |
5.4 u |
— |
6.2 |
tal-gwida għall-kompetizzjonijiet ġenerali, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 ma japplikawx għal din il-kompetizzjoni.
— |
IL-PUNT 5.3: “ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI” HUWA MIBDUL B'DAN LI ĠEJ: “5.3. Ċentru ta' evalwazzjoni u eżami orali Jekk l-avviż tal-kompetizzjoni jipprovdi għall-parteċipazjoni f'testijiet organizzati minn ċentru ta' evalwazzjoni qabel leżami orali, ir-riżultat ta' dawn it-testijiet se jkun kkomunikat lill-ġurija bl-uniku skop li jgħinhom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni. It-test ma jingħatax marki u jingħatalek lura fi tmiem l-eżami orali. F'każ ta' force majeure, huwa possibbli li b'mod eċċezzjonali tinbidel id-data ta' eżami orali jekk inti titlob tali bidla minħabba raġuni ġustifikata li tintlaqa' mill-ġurija. Madanakollu, din id-deċiżjoni tittieħed b'manjiera li ma xxekkilx lomoġeneità tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-kandidati fl-eżami orali u li ma tfixkilx il-proċess tal-kompetizzjoni flinteress tas-servizz.” |
— |
IT-TEST TAL-PUNT 5.4: “LISTA TA' RIŻERVA” HUWA MIBDUL B'DAN LI ĠEJ: “Bħala riżultat tal-proċedura tal-kompetizzjoni, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi lista ta' riżerva li tiġbor fiha l-ismijiet ta' min ikun għadda mill-kompetizzjoni. Wara, din il-lista tintbagħat lill-istituzzjonijiet li huma l-uniċi entitajiet responsabbli mir-reklutaġġ. Il-lista ta' riżerva, kif ukoll id-data tal-iskadenza tagħha jiġu ppubblikati (1) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-EPSO. F'ċerti każi, huwa possibbli li din il-lista tiġi estiża. Id-deċiżjoni dwar l-estensjoni tiġi ppubblikata biss fuq il-websajt tal-EPSO. |
— |
IT-TEST TAL-PUNT 6.2: “AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI” HUWA MIBDUL B'DAN LI ĠEJ: “Wara li tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva mill-Bord tas-Selezzjoni tal-kompetizzjoni:
|
(1) Fuq it-talba ta' persuna li tkun temmet il-kompetizzjoni b'suċċess, isimha ma jkunx ippubblikat. Din it-talba għandha tasal għand l-EPSO mhux aktar tard minn ġimgħatejn wara li ssir il-komunikazzjoni tar-riżultati.”