EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/056/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6360 – Nynas/Harburg Refinery Assets) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6360 – Nynas/Harburg Refinery Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 56/16

1.

Fid-19 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill the European Commission (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu Nynas AB (“Nynas”, l-Isvezja), ikkontrollata bi sħab bejn Petróleos de Venezuela SA u Neste Oil Oyj, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta' ċerti assi tal-Harburg Refinery (“Harburg Refinery Assets”, il-Ġermanja), li hija proprjetà tax-Shell Deutschland Oil GmbH, permezz ta' kirja kummerċjali għal 25 sena.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Nynas: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' żjut bażiċi, żjut għall-proċess, żjut trasformaturi u bitumen,

għal Harburg Refinery Assets: il-produzzjoni ta' fjuwil, żjut bażiċi, żjut għall-proċess u żjut trasformaturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6360 – Nynas/Harburg Refinery Assets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top