Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/051/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6877 – Oiltanking GmbH/Gunvor Group Ltd/PT Oiltanking Karimun) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6877 – Oiltanking GmbH/Gunvor Group Ltd/PT Oiltanking Karimun)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 51/11

1.

Fil-15 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Oiltanking GmbH (“Oiltanking”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Marquard & Bahls AG, u Coral Cay Pte Ltd (“Coral”, is-Singapor), li hija affiljata posseduta totalment mill-Gunvor Group Ltd takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq PT Oiltanking Karimun (“OTK” l-Indoneżja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. Oiltanking bħalissa għandha 95 % tal-ishma fl-OTK.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Oiltanking: servizzi ta’ ħażna ta’ prodotti petrolifiċi, żjut veġetali, kimiċi u likwidi u gassijiet oħra fuq bażi dinjija,

għal Gunvor: attiva fil-kummerċ, fit-trasport, fil-ħażna u l-ottimizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum, fil-prodotti magħmula miż-żejt minerali raffinat u fi prodotti oħra tal-enerġija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6877 – Oiltanking GmbH/Gunvor Group Ltd/PT Oiltanking Karimun, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top