Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/242/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6664 – Al Safi Danone/NDL International/ND Logistics LLC JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 242, 11.8.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 242/10


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6664 – Al Safi Danone/NDL International/ND Logistics LLC JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 242/09

    1.

    Fit-2 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Al Safi Danone, ikkontrollata minn Danone SA (“Danone”, Franza) u NDL International, proprejtà tal-grupp Norbert Dentressangle (Franza), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ND Logistics LLC permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Al Safi Danone: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti friski tal-ħalib, meraq, deżerti u ħalib fil-Lvant Nofsani. Tifforma parti mill-grupp Danone, manifattur ewlieni fid-dinja ta’ prodotti tal-ikel, b’mod partikolari ta’ prodotti tal-ħalib, ilmijiet, ikel għat-trabi u prodotti ta’ nutrizzjoni b’effett mediku,

    NDL International: servizzi loġistiċi. Tifforma parti minn Norbert Dentressangle, fornitur ewlieni madwar id-dinja ta’ servizzi ta’ loġistika, trasport u ta’ twassil ta’ merkanzija,

    ND Logistics LLC: Impriża konġunta attiva fis-servizzi ta’ loġistika u l-bejgħ bl-ingrossa tal-ikel fil-Lvant Nofsani.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6664 – Al Safi Danone/NDL International/ND Logistics LLC JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top